Ħarsa ġenerali​

It-tim ġowwa Dar l-Impenn huwa responsabbli għall-provvediment ta' proċess ta' ditossifikazzjoni sikur u uman lil individwi bi problemi ta' droga u/jew alkoħol.

X’se tingħata

Matul iż-żjara tagħhom f'Dar l-Impenn, il-klijenti jistgħu jibbenefikaw mill-appoġġ ipprovdut minn membri oħra tat-tim multidixxiplinarju, inklużi ħaddiema ewlenin mit-timijiet tal-komunità tagħna.

Eliġibbiltà​​

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • Referenza minn wieħed mill-Uffiċjali Mediċi miċ-Ċentru tad-Detox huwa meħtieġ għad-dħul f’dan is-servizz

Kif tapplika​

Ikkuntatja lil-Unità In-Patient għall-Użu Ħażin tas-Sustanzi permezz ta’ email sedqa@gov.mt jew telefown fuq 21227075.