Proposti għan-Notte Bianca
Notte Bianca hija festa ta' varjetajiet li tisfrutta l-ispazji pubbliċi u mkejjen kulturali tal-belt kapitali tagħna li għal lejl wieħed jinbidlu f'palk fantastiku għal preżentazzjonijiet kulturali. Dan l-avveniment ta' kull sena jsir f'Ottubru u jixgħel id-dehra tal-Belt Valletta b'ċelebrazzjoni notturna spettakolari ta' nies, kultura u arti. Din l-applikazzjoni hija mezz sabiex tesprimi l-interess tiegħek biex tieħu sehem fl-avveniment. B'żieda ma' dan, permezz ta' din l-espressjoni ta' interess, aħna rridu li nkunu miftuħa għal kull idea tajba li tkun qed tistenna biex issir proġett fantastiku. Jekk dawn l-ideat ikunu jaqblu mal-viżjoni artistika tagħna għal din is-sena, norganizzaw laqgħat biex nisimgħu l-ideat tiegħek u naħdmu id f'id miegħek biex niżviluppawhom.