Ħarsa ġenerali​

Permezz ta’ din l-iskema operaturi turistiċi jiġu mgħejjuna jagħmlu promozzjoni internazzjonali f’ dawn in-niċeċ turistiċi: l-għads, l-isport u l-avventura, turiżmu reliġjuż, u s-settur tal-konferenzi.

X’se tingħata

Tista’ tieħu sa massimu ta’ € 2,000 jekk tagħmel reklamar f’pubblikazzjonijiet, midja soċjali, onlajn u televiżjoni, u sa massimu ta’ € 3,000 jekk minbarra dawn l-affarijiet tattendi wkoll fieri nternazzjonali barra minn Malta.

Eliġibbiltà​​

Operaturi turistiċi liċenzjati bbażati f’Għawdex.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
applika