Overview
Il-ħaddiema kollha Għawdxin li jaħdmu Malta se jibdew ikunu intitolati għas-Sussidju għal Ħaddiema Għawdxin (Gozitan Workers Subsidy).
What You'll Get
Il-ħaddiema tal-Gvern Għawdxin ġewwa Malta se jingħataw benefiċċju ta' €650 fis-sena. L-għalliema u l-LSEs li jaħdmu inqas ġranet fis-sena minħabba l-vaganzi tas-sajf se jingħataw €525 fis-sena. Dan il-benefiċċju se jinkludi s-susidju relatat mat-trasport kollettiv miċ-Ċirkewwa għall-post tax-xogħol u lura. Se tingħata żieda ta' ewro u nofs (€1.50) mal-benefiċċju li kienu jieħdu.
Il-ħaddiema Għawdxin li jaħdmu Malta mas-settur privat se jingħataw benefiċċju ta' €300 fis-sena.
Dan il-benefiċċju se jinqasam f'darbtejn: l-ewwel pagament li jkopri l-perjodu Jannar sa Ġunju u t-tieni pagament ikopri l-perjodu Lulju sa Diċembru.
Eligibility
Il-ħaddiema Għawdxin li jaħdmu Malta.
Application Requirements
L-applikazzjoni se tkun disponibbli onlajn mill-1 ta' Lulju 2019.