Ħarsa ġenerali​

SOLVIT jista' jgħinek meta:
• Id-drittijiet tiegħek bħala ċittadin tal-UE jew bħala negozju jinkisru minn awtoritajiet pubbliċi f'pajjiż ieħor tal-UE, u
• Għadek ma ħadtx il-każ tiegħek il-Qorti (wasalt biex) għalkemm aħna nistgħu ngħinuk jekk int għadek kemm ressaqt appell amministrattiv.
Kwistjonijiet tipiċi li SOLVIT jista' jgħinek fihom:
• Ikollok il-kwalifiki professjonali tiegħek rikonoxxuti
• Drittijiet tal-Visa u residenza
• Kummerċ u servizzi (Negozji)
• Vetturi u liċenzji tas-sewqan
• Benfiċċji għall-familja
• Drittijiet għall-pensjoni
• Xogħol barra minn Malta
• Benefiċċji għal min hu qiegħed
• Assigurazzjoni tas-saħħa
• Aċċess għall-edukazzjoni
• Ċaqliq ta' kapital jew ħlasijiet minn post għal ieħor
• Ħlas lura tal-VAT

X’se tingħata

Il-problema tkun investigata mill-Malta SOLVIT Centre biex jara jekk tikkwalifikax biex tiġi ttrattata minn SOLVIT, jew jekk il-klijent jintbagħatx għand entità oħra.

Eliġibbiltà​​

Ċittadini u negozji.

Kif tapplika​

Ipprintja u imla l-formola u ehmeż kull dokument relevanti li jista' jgħin fl-investigazzjoni.

Ibgħathom lil:
Id-Dipartiment tal-Kummerċ
Is-Swar ta' Lascaris
Il-Belt Valletta VLT 1933
applika