Ħarsa ġenerali​

Bil-ħsieb li tiġi implimentata Miżura tal-Baġit tal-2017, il-Prim Ministru, il-Ministru għall-Finanzi u l-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali fasslu Skema li l-għan tagħha huwa li tipprovdi għotja ta' darba għal "sahra" li uffiċjali tal-pulizija ħadmu bejn l-1 ta' Settembru, 1993 u l-31 ta' Diċembru, 2009.

X’se tingħata

Għotja ta’ darba.

L-ammont kollu tal-għotja għandu jitħallas lill-applikant eliġibbli permezz ta' ċekk li jiġi mpustat fl-indirizz muri fuq l-applikazzjoni. Ebda mgħax m'għandu jibda jiddekorri fuq l-ammont tal-għotja dovuta lill-applikant. Hija kundizzjoni tal-Iskema li meta jaċċetta l-għotja, l-applikant ikun qed jirrinunzja għal kwalsiasi talba oħra marbuta mas-""sahra"" maħduma fil-perjodu effettiv.

Eliġibbiltà​​

L-Iskema tgħodd għal dawk il-persuni eliġibbli li ħadmu ""sahra"" matul il-perjodu effettiv.

L-Iskema tgħodd ukoll għall-eredi ta' persuni eliġibbli li huma mejta meta ssir l-applikazzjoni għall-għotja ta' darba taħt din l-Iskema.

Kif tapplika​

Nixtiequ ninfurmawk li bħalissa din l-applikazzjoni hi miftuħa.
applika