Ħarsa ġenerali​

Entry/Exit Summary Declaration tipprovdi 3 metodi biex tibgħat dikjarazzjoni: jew billi ddaħħal kull konsenja manwalment, ittella' XML file fuq l-internet, jew it-trader's system tikkonnettja mas-sistema tad-Dwana direttament permezz tal-web services . Il-Carriers ikollhom bżonn jibagħtu applikazzjoni biex ikunu jistgħu jidħlu għas-Summary Declaration System .

X’se tingħata

Meta dil-formola tkun proċessata b'suċċess, id-Dipartiment tad-Dwana jibgħat b'imejl lin-negozjant il-username tiegħu/tagħha u password temporanja biex ikunu jista' jidħol fil-module li jkollu bżonn.

Eliġibbiltà​​

Negozjanti rreġistrati mad-Dipartiment tad-Dwana jistgħu japplikaw għal remote access.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.

Carriers/Traders li jkollhom is-sistema ta’ software tagħhom u fornituri ta’ sistemi jista’ jkollhom aċċess għall-Entry/Exit Summary Declaration Application Form for System to System User biex japplikaw għal account sabiex ikunu jistgħu jikkomunikaw mal-Malta Customs System biex tibda l-proċedura tal-ittestjar għall-konformità. L-utent minnufih jirċievi notifika li tikkonferma li rċevewha. Meta din il-formola tiġi proċessata, id-Dipartiment tad-Dwana joħroġ imejl lin-negozjant bil-username u password temporanji biex ikollu aċċess għall-module mitluba. Jekk it-talba tiġi rifjutata, in-negozjant jiġi notifikat waqt li jispjegawlu r-raġuni talli ġiet rifjutata. F’dan il-każ applikazzjoni ġdida tkun meħtieġa jekk in-negozjant jiddeċiedi li jerġa’ japplika.
applika