Ħarsa ġenerali​

Kummerċjanti li qed jikkummerċjaw fi prodotti tas-sisa u huma rreġistrati fis-SEED jistgħu jitolbu li jidħlu fl-Excise Movement Control System (EMCS), biex ikunu jistgħu jaċċettaw u/jew jibagħtu online excise movements lil pajjiżi oħra tal-UE.

X’se tingħata

Biex tidħol fil-modules tal-EMCS fis-Sistema Elettronika tad-Dwana.

Eliġibbiltà​​

Negozjanti stabbiliti f'Malta u li huma rreġistrati fis-SEED jistgħu jitolbu biex ikollhom aċċess għall-EMCS.

Kif tapplika​

Ipprintja u imla l-formola.

Jista' jintalab aktar minn account wieħed għal utenti differenti biex jingħataw bidu u jingħalqu movements. Tal-anqas wieħed mill-impjegati tan-negozjant għandu jkun attenda korsijiet ta' taħriġ organizzati mid-Dwana għall-account meħtieġ tal-applikazzjoni rispettiva. Meta din il-formola tkun ipproċessati d-Dipartiment tad-Dwana jibgħat imejl lin-negozjant bil-username u password temporanji biex ikollu aċċess għall-module mitluba. Jekk it-talba tiġi rifjutata, in-negozjant jiġi notifikat waqt li jispjegawlu r-raġuni talli ġiet rifjutata. F’dan il-każ applikazzjoni ġdida tkun meħtieġa jekk in-negozjant jiddeċiedi li jerġa’ japplika.
applika