Ħarsa ġenerali​

Tnaqqis mid-dħul taxxabli għall-individwi li ħallsu miżati għall-użu ta’ trasport tal-iskola fir-rigward ta’ tfal taħt is-sittax-il sena li jattendu skola tal-Knisja jew skola privata.

X’se tingħata

Dawk eliġibbli se jibbenifikaw minn tnaqqis fid-dħul taxxabli sa massimu ta’ €150 għall kull tifel/tifla.

Eliġibbiltà​​

Individwi li ħallsu miżati għall-użu ta’ trasport tal-iskola fir-rigward ta’ tfal taħt is-sittax-il sena li jattendu skola tal-Knisja jew skola privata.

Kif tapplika​

Ipprintja, imla l-formola u ibgħatha lil Transport Malta. Il-formoli jistgħu jinġabru minn Transport Malta, Driver & Passenger Operator Licensing Unit, A3 Towers, Arcade Street, Paola, PLA 1212.
applika