Ħarsa ġenerali​

Sabiex jassisti koppji li, jiżżewġu jew jidħlu f’unjoni ċivili, il-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol ħareġ skema, li biha applikanti eliġibbli jistgħu japplikaw għal għotja fuq in-nefqa mġarrba fuq il-provvista ta’ oġġetti u servizzi relatati mat-tieġ tagħhom/ċerimonja tal-unjoni ċivili kif imniżżla fl-‘Ewwel Skeda’ mehmuża mal-Avviż tal-Gvern, liema funzjoni titwettaq f’Malta.

 

  • Agħfas hawn għal kopja tal-iskema.
  • Agħfas hawn għall-Formola tal-Applikazzjoni.

Jekk jogħġbok innota li l-assistenza relatata mal-COVID-19 għal din l-iskema twaqqfet mis- 7 ta’ Diċembru 2023.

 

  • Agħfas hawn għal kopja tal-Avviż tal-Emendi għall-Għotja tat-Tieġ jew Unjoni Ċivili.

 

L-iskema Għotja ta’ Rifużjoni fuq id-Depożitu Imħallas għall-Posponiment jew Adattament ta’ Tiġijiet/Ċerimonji tal-Unjoni Ċivili ġiet mitmuma fis- 7 ta’ Diċembru 2023.

 

  • Agħfas hawn għal kopja tal-Avviż ta' Terminazzjoni għall-Għotja ta' Rifużjoni fuq id-Depożitu Imħallas għall-Posponiment jew Adattament ta' Tiġijiet/Ċerimonji tal-Unjoni Ċivili.

 

Għal kwalunkwe mistoqsija u għajnuna, jekk jogħġbok ċempel 153.

X’se tingħata

Applikanti li huma eliġibbli jistgħu japplikaw għall-għotja ta’ darba biss ta’ massimu ta' €2,000 fuq ir-rifużjoni ta' depożitu imħallas u mitluf, minħabba l-pospoment jew adattament ta' żwieġ / ċerimonja tal-unjoni Ċivili minħabba l-imxijja tal- COVID-19.

Eliġibbiltà​​

L-applikanti għandhom ikunu: Koppja li ċ-ċerimonja taż-żwieġ / unjoni ċivili tagħhom kellha oriġinarjament ssir bejn it-8 ta' Marzu 2020 u l-31 ta’ Diċembru, 2021, u kellha tiġi posposta jew adattata minħabba l-imxijja tal-COVID-19, liema funzjoni saret f'Malta u fejn, fid-data taż-żwieġ / unjoni ċivili,

Mill-inqas wieħed mill-applikanti huwa persuna residenti f'Malta; minħabba l-posponiment jew adattament taċ-ċerimonja taż-żwieġ / unjoni ċivili tagħhom tilfu d-depożitu li ħallsu fuq oġġetti u servizzi relatati mat-tieġ / ċerimonja tal-unjoni ċivili tagħhom.

Formola ta' applikazzjoni għandha tintbagħat sa mhux aktar tard minn sitt xhur (180 jum) mid-data taċ-ċerimonja taż-żwieġ / unjoni ċivili.

L-irċevuti fiskali oriġinali/fatturi u dokumentazzjoni rilevanti għandhom jinżammu mill-applikant għal perjodu ta’ mhux anqas minn sentejn mid-data tal-applikazzjoni u jiġu preżentati lill-Kummissarju tat-Taxxa u ghad-Dwana meta mitluba għal skop ta’ verifika.

Il-pagament tal-għotja jiġi ddepożitat fil- kont bankarju indikat fuq l-applikazzjoni.

Kif tapplika​

Imla l-formola online u ibgħat.
applika