Ħarsa ġenerali​

Taxpayers jistgħu jiddikjaraw id-dħul minn kera u jħallsu 15% fuq id-dħul kollu mill-kiri gross riċevut. Din it-taxxa hija finali, għalhekk id-dħul minn kera (bl-eċċezzjoni tal-kumpaniji) m'għandux ikun dikjarat fl-income tax return annwali għax ma jkunx soġġett għal aktar taxxa.

X’se tingħata

Il-benefiċċju li ma jkollokx id-dħul mill-kera miżjud mad-dħul kollu tiegħek, u b’hekk ikun potenzjalment intaxxat b'rata ogħla minn 15%.

Eliġibbiltà​​

It-Taxxa ta’ 15% fuq dħul minn kera tapplika kemm għall-propjetà residenzjali kif ukoll għal dik kummerċjali, u titħallas fuq id-dħul gross tal-kera.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
applika