Ħarsa ġenerali​

Dan is-servizz jirreferi għall-ħlas lura ta' kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali lil persuni li jħaddmu 'l ħaddieħor u li l-impjegati tagħhom jibbenefikaw minn leave tal-maternità ta' 14-il ġimgħa.

X’se tingħata

Ħlas lura ta' kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali.

Eliġibbiltà​​

Min iħaddem u qed jagħmel talba għall-ħlas lura ta' kontribuzzjonijiet ta' Sigurtà Soċjali bbażati fuq il-fatt li impjegata tiegħu qed tibbenefika minn 14-il ġimgħa ta' leave tal-maternità.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
applika