Ħarsa ġenerali​

Għotja għal spejjeż konnessi ma' funzjoni ta' tieġ.

X’se tingħata

L-applikant jirċievi 13.04% tal-ispiża, sa massimu ta' €2,000.

Eliġibbiltà​​

L-applikant għandu jkun residenti f'Malta, u l-formola onlajn għandha tiġi sottomessa mhux aktar tard minn 6 xhur mid-data taċ-ċerimonja tat-tieġ. L-applikanti m'għandhom qatt ikunu bbenefikaw minn din l-iskema qabel. L-irċevuti fiskali oriġinali/fatturi u dokumentazzjoni rilevanti għandhom jinżammu mill-applikant għal perjodu ta’ mhux anqas minn sentejn mid-data tal-applikazzjoni u jiġu preżentati lill-Kummissarju tat-Taxxa u ghad-Dwana meta mitluba għal skop ta’ verifika. Il-pagament tal-għotja jiġi ddepożitat fil- kont bankarju indikat fuq l-applikazzjoni.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.

Dokumenti meħtieġa

L-irċevuti fiskali oriġinali/fatturi u dokumentazzjoni assoċjati relevanti.

applika