Ħarsa ġenerali​

Radju diġitali jitmexxa fuq DAB+ broadcasting platform. Wara li l-applikazzjoni tiġi approvata mill-Awtorità tax-Xandir, l-istazzjon għandu jasal fi ftehim mal-platform operator.

X’se tingħata

L-applikanti jingħataw liċenzja biex joperaw stazzjon ta' xandir diġitali, normalment valida għal 4 snin.

Eliġibbiltà​​

Liċenzja tar-radju diġitali tista' biss tingħata lil kumpanija li tkun iffurmata f'Malta b'mod regolari skont l-Att dwar il-Kumpaniji.

Kif tapplika​

Niżżel l-applikazzjoni mill-websajt tal-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni.
Wara li tiġi approvata mill-MCA jekk jogħġbok ipprintja/niżżel il-formola tal-applikazzjoni minn http://www.ba-malta.org/licence-applications u ibgħat, flimkien ma' ħlas ta' €1,160, lil:

L-Awtorità tax-Xandir
7, Triq Mile End
Il-Ħamrun HMR 1719
applika