Ħarsa ġenerali​

Uplink services bis-satellita għandhom il-liċenzja mill-Awtorità ta' Malta għall-Kuminikazzjoni (MCA). L-informazzjoni fuq il-ħlasijiet tal-liċenzja applikabbli jinstabu fl-Annex 1 fil-formola tal-applikazzjoni mill-MCA.

X’se tingħata

Wara li l-Awtorità tax-Xandir tapprova l-applikazzjoni, tinħareġ il-liċenzja biex topera stazzjon tat-TV bis-satellita. Il-liċenzja normalment tkun valida għal 4 snin.

Eliġibbiltà​​

Liċenzja tat-TV bis-satellita tista' tingħata biss lil kumpanija li tkun iffurmata f'Malta b'mod regolari skont l-Att dwar il-Kumpaniji.

Kif tapplika​

Niżżel l-applikazzjoni mill-websajt tal-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni.
Wara li tiġi approvata mill-MCA jekk jogħġbok ipprintja/niżżel il-formola tal-applikazzjoni minn http://www.ba-malta.org/licence-applications u ibgħat, flimkien ma' ħlas ta' €5,823, lil:

L-Awtorità tax-Xandir
7, Triq Mile End
Il-Ħamrun HMR 1719
applika