Ħarsa ġenerali​

Użata sabiex wieħed japplika għal għotja mill-gvern għal xiri ta’ Pedelecs jew Vetturi ta’ Kategorija L.

X’se tingħata

Jekk tkun approvata, tingħata għotja bl-ammont dovut ivarja skont it-tip ta’ għotja li tikkwalifika ghaliha.

Eliġibbiltà​​

Biex ikun eliġibbli, l-applikant irid:

  • Ikun residenti f’Malta
  • Ikun jew:
    • Individwu;
    • Kunsill Lokali;
    • Organizzazzjoni volontarja li ma tagħmilx attività ekonomika;
    • Organizzazzjoni volontarja li tagħmel attività ekonomika;
    • Impriża.
  • Ikun xtara pedelec ġdid jew ser jirreġistra Vettura f’Kategoija L bi qbil mal-kategoriji u t-tipi ta’ propulsjoni mniżżla hawn
  • Jekk tintalab Għotja B, jippreżenta ċ-ċertifikat ta’ distruzzjoni għall-vettura ta’ Kategoija L jew M1 jew N1 li tkun inqerdet fis-sena kalendarja kurrenti u qabel id-data tal-applikazzjoni;

Ir-Regoli De Minimis dwar l-għajnuna tal-istat għandhom japplikaw f’każ ta’ applikazzjonijiet sottomessi minn impriżi jew għaqdiet volontarji li għandhom attività ekonomika.

L-iskema tagħlaq fil-31 ta’ Diċembru 2021, sakemm il-fondi ma jintużawx kollha qabel.

Kif tapplika​

Wieħed jista’ japplika għal dan is-servizz b’żewġ modi:

    • Billi jimla u jissottometti l-formola elettronika disponibbli hawn.

Wieħed għandu jinnota li l-formola elettronika tirrekjedi li l-applikazzjoni tkun kompluta. Dettalji bħan-numru tar-reġistrazzjoni u ċ-ċertifikat ta’ distruzzjoni jeħtieġu li jkunu disponibbli għas-sottomissjoni.

    • Billi jniżżel l-verżjoni PDF tal-formola minn hawn

L-applikazzjoni għandha timtela u tiġi ppreżentata lill-

Awtorita tat-Trasport f’Malta,
Transport Malta
Driver and Vehicle Licensing Unit,
A3, Triq l-Arkati,
Raħal Ġdid

jew

Malta Transport Centre
Triq Pantar,
Ħal-Lija

bejn is-7:30am u 12:00pm u bejn 13:00 u 14:30 fi ġranet tax-xogħol, sabiex tiġi vverifikata l-eliġibbiltà tal-applikant.

Irrispettivament mil-mod kif wieħed japplika għas-servizz, dawn id-dokumenti huma meħtieġa mill-applikant:

  • Kopja taċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni (formola elettronka jew PDF) jekk il-vettura hija rreġistrata. Inkella, id- dokumenti u formoli meħtieġa mar-reġistrazzjoni ta’ Vettura f’Kategorija L (applikazzjoni PDF biss).
  • F’każ ta’ Pedelecs:
    • Fattura (inkluż l-għamla, il-mudell u n-numru tas-serje);
    • Irċevuta Fiskali tal-VAT;
    • Speċifikazzjonijiet Tekniċi dettaljati li jikkonfermaw li l-vettura hija konformi mal-ispeċifikazzjonijiet għall-Pedelcs (irreferi għal Footnote 4 f’paġna 2);
    • Formola tal-Ispezzjoni mit-Technical Unit ta’ Transport Malta.
  • F’każ ta’ Applikazzjoni għal Għotja B:
    • Ċertifikat ta’ distruzzjoni tal-vettura f’Kategoija L, M1 jew N1 irreġistrata fuq isem l-applikant;
    • Iċ-ċertifikat tar-Reġistrazzjoni (Logbook) tal-vettura skrappjata.
  • F’każ ta’ applikazzjonijiet minn impriżi jew organizzazzjonijiet volontarji li għandhom attività ekonomika, jridu jissottomettu l-Formola GĦAJNUNA MILL-ISTAT (VEH71) minn hawn
applika