Ħarsa ġenerali​

Użata sabiex wieħed japplika għal għotja mill-gvern fuq xiri ta’ vetturi elettriċi u plug-in hybrids.

X’se tingħata

Jekk tkun approvata, tingħata għotja bl-ammont dovut ivarja skont it-tip ta’ għotja li tikkwalifika ghaliha.

Eliġibbiltà​​

Applikant jista’ jkun eliġibbli għal din l-għotja jekk:

  • Huwa/hija tgħix f’Malta
  • Jekk l-applikant hija kumpanija, din trid tkun irreġistrata mal-MFSA;
  • Jekk l-applikant jaħdem għal rasu, l-applikant irid ikun irreġistrat mad-Dipartiment tat-Taxxa ta’ Malta;
  • Biex tikkwalifika, il-vettura elettrika ma tistax tkun ġiet reġistrata qabel l-1 ta’ Jannar, 2020;
  • Trid tiġi użata għall-użu privat, jew b’konnessjoni ma’ servizzi volontarji jew għall-attività ta’ negozju.

Kif tapplika​

Wieħed jista’ japplika għal dan is-servizz b’żewġ modi:

  • Imla l-formola elettronika disponibbli hawn.

    Wieħed għandu jinnota li l-formola elettronika tirrekjedi li l-applikazzjoni tkun kompluta. Dettalji bħan-numru tar-reġistrazzjoni u ċ-ċertifikat ta’ distruzzjoni jeħtieġu li jkunu disponibbli għas-sottomissjoni.

  • Tniżżel l-verżjoni PDF tal-formola minn hawn

    L-applikazzjoni għandha timtela u tiġi ppreżentata lill-Awtorità tat-Trasport f’Malta, (Transport Malta), Driver and Vehicle Licensing Unit, A3, Triq l-Arkati, Raħal Ġdid jew Malta Transport Centre, Triq Pantar, Ħal-Lija bejn is-7:30am u 12:00pm, u bejn is-1:00pm u s-2:30pm fi ġranet tax-xogħol, biex tiġi vverifikata l-eliġibbiltà tal-applikant.

Irrispettiv tal-mod kif wieħed japplika għas-servizz, dawn id-dokumenti huma meħtieġa mill-applikant:

  • Iċ-ċertifikat ta’ distruzzjoni maħruġ minn faċilità awtorizzata
  • F’każ ta’ kumpanija jew partnership, kopja ċertifikata tal-Artikoli tal-Assoċċjazzjoni jew Ċertifikat tal-VAT
  • F’każ ta’ ħaddiem li jaħdem għal rasu jew koperattiva, kopja ċertifikata taċ-Ċertifikat tal-VAT
  • F’każ ta’ NGO, kopja ċertifikata taċ-Ċertifikat maħruġ mill-Kunsill Malti għas-Servizzi Volontarji
  • Kumpaniji, ħaddiema li jaħdmu għal rashom u NGOs li jwettqu attività ekonomika jridu jissottomettu l-Formola GĦAJNUNA MILL-ISTAT (VEH71) minn hawn
applika