Overview
L-iskop ta’ dawn il-proċeduri huwa li jispjegaw id-dispożizzjonijiet tar-regolamenti dwar ir-Regolarizzazzjoni ta’ Arretrati dwar id-Drittijiet ta’ Liċenzji ta’ Vetturi bil-Mutur, bl-iskop li jitnaqqas u jiġi kontrollat in-numru ta’ vetturi mingħajr liċenzja fuq in-netwerk tat-toroq f’Malta.
What You'll Get
- Vettura li hija meqjusa bħala li ĠIET SKRAPPJATA jew li tkun se TIĠI SKRAPPJATA u li għandha liċenzja tat-triq skaduta IŻDA s-sid tagħha naqas milli jitlob lil Transport Malta biex tħassar ir-reġistrazzjoni ta’ dik il-vettura:
F’konformità mar-regolamenti, is-sidien ta’ vetturi li jkunu ħelsu mill-vettura tagħhom billi skrappjawha jew li għandhom il-ħsieb li jiskrappjaw il-vettura tagħhom, u qatt ma avżaw b’dan jew taw lura ċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni u l-pjanċi tar-reġistrazzjoni lil Transport Malta jistgħu jirregolarizzaw il-pożizzjoni tagħhom. Il-multi amministrattivi ta’ €2 kuljum jew €10 fix-xahar li jkunu japplikaw jiġu mħassra. Jekk ma jkun hemm dovuti l-ebda ħlasijiet ta’ multi għal kontravenzjonijiet jew drittijiet pendenti tas-CVA fir-rigward tal-vettura, l-arretrati kollha dovuti fi drittijiet ta’ liċenzja jiġu mħassra, IŻDA jekk ikun hemm ħlasijiet ta’ multi għal kontravenzjonijiet pendenti fir-rigward tal-vettura, is-sid ikun irid iħallas dawk l-arretrati KOLLHA dovuti sad-data tal-aħħar kontravenzjoni jew sad-data ta’ meta jkun sar l-aħħar aċċess taħt is-sistema tas-CVA.
- Sid il-vettura jkollu l-ħsieb li JIGGARAXXJA l-vettura tiegħu u l-vettura jkollha liċenzja tat-triq li tkun skadiet IŻDA s-sid ikun naqas li jinforma b’dan lil Transport Malta:
F’konformità mar-regolamenti, individwi li jkunu ggaraxxjaw vettura u jkollhom il-ħsieb li jżommuha hekk garaxxjata jistgħu jirregolarizzaw il-pożizzjoni tagħhom u jibbenefikaw minn tnaqqis ta’ ħamsin fil-mija (50%) tal-arretrati ta’ drittijiet ta’ liċenzji dovuti fir-rigward ta’ dik il-vettura. Il-multi amministrattivi ta’ €2 kuljum jew €10 fix-xahar li jkunu japplikaw jiġu mħassra sad-data li fiha l-vettura tkun ġiet iggaraxxjata. Jekk ma jkunx hemm multi għal kontravenzjonijiet x’jitħallsu, sid il-vettura jħallas 50% tal-arretrati KOLLHA dovuti, IŻDA jekk ikun hemm ħlasijiet ta’ multi għal kontravenzjonijiet jew drittijiet tas-CVA pendenti fir-rigward tal-vettura, is-sid ikun irid iħallas dawk l-arretrati KOLLHA dovuti sad-data tal-aħħar kontravenzjoni.
- Vettura b’liċenzja tat-triq skaduta:
F’konformità mar-regolamenti, individwi li għandhom arretrati ta’ drittijiet tal-liċenzja xi jħallsu kif ukoll penali amministrattivi relatati u għandhom il-ħsieb jużaw il-vettura fit-triq jistgħu jirregolarizzaw il-pożizzjoni tagħhom billi jħallsu l-arretrati kollha dovuti fi drittijiet tal-liċenzja ta’ ċirkolazzjoni. Il-multi amministrattivi ta’ €2 kuljum jew €10 fix-xahar li jkunu japplikaw jiġu mħassra sad-data li fiha l-vettura tinħarġilha l-liċenzja ġdida. Sid il-vettura jħallas l-arretrati kollha dovuti.
Biex taqra aktar informazzjoni relatata ma' dan is-servizz, jekk jogħġbok agħfas hawn
Eligibility
Jista’ jkun hemm ċirkostanzi fejn it-transazzjoni ma ssirx u dan għaliex ikun hemm xi restrizzjonijiet imposti fuq il-vettura. Kull każ ikun irid jiġi proċessat separatament.
- Jekk vettura ġiet skrappjata, mingħajr awtorizzazjoni tal-Awtorita, wara l-ewwel ta’ Novembru 2013, trid titħallas miżata ta’ €150. Din il-konċezzjoni tapplika biss sal-15 ta' Ottubru 2022. Dawk li ma jiddisponux mill-vettura tagħhom f’faċilità awtorizzata wara s-16 ta' Ottubru 2022, se jkunu mitluba jħallsu miżata ta’ €600 biex ineħħu r-reġistrazzjoni tal-karozza tagħhom.
- Sid tal-vetturi li jgħixu f’dar tal-anzjani, sptar mentali jew xi instituzzjoni oħra jkollhom l-multa amministrattiva mneħħija meta jiġi ppreżentat ċertifkat/dikjarazzjoni mill-instituzzjoni rispettiva.
- Persuni li għandhom vettura bil-liċenzji b’lura u li fuqa ghandhom l-arretrati pendent jiġu mwaqfa milli jirreħistraw jew jittrasferixxu vettura oħra fuq isimhom.
- Eredi li jirrinunzjaw mil-wirt ta’ sid il-vettura jkollhom il-multa amministrattiva ta’ €125 mneħħija, meta jiġu ippreżantati d-dokumenti kollha necessarji.
Application Requirements
Ipprintja u imla l-formola u ħudha personalment, flimkien mad-dokumenti meħtieġa u l-ħlas dovut, għand:
Transport Malta
Vehicle Licencing Unit
A3 Towers
Arcade Street
Paola
Jew
Transport Malta
Vehicle Licencing Unit
Pantar Road
Lija
Ħinijiet ta' Ftuħ: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa mis-07.30 sa 13.00
Timeline
[{"Id":"d3d33950-cea4-e911-80d5-005056860673","StageName":"Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni","StageNumber":2,"AddressName":"Transport Malta","AddressLine1":"Transport Malta","AddressLine2":"Triq Pantar","AddressLine3":null,"AddressCity":"Lija","AddressPostalCode":"LJA2021","AddressCountry":"Malta","AddressTelephone":"2556 0000","AddressEmail":"info.tm@transport.gov.mt","Duration":"Ġurnata"},{"Id":"55dd3950-cea4-e911-80d5-005056860673","StageName":"Provvista tas-Servizz","StageNumber":3,"AddressName":"Transport Malta","AddressLine1":"Transport Malta","AddressLine2":"Triq Pantar","AddressLine3":null,"AddressCity":"Lija","AddressPostalCode":"LJA2021","AddressCountry":"Malta","AddressTelephone":"2556 0000","AddressEmail":"info.tm@transport.gov.mt","Duration":"Jumejn"},{"Id":"7d87225a-cea4-e911-80d5-005056860673","StageName":"Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni","StageNumber":1,"AddressName":"Transport Malta","AddressLine1":"Transport Malta","AddressLine2":"Triq Pantar","AddressLine3":null,"AddressCity":"Lija","AddressPostalCode":"LJA2021","AddressCountry":"Malta","AddressTelephone":"2556 0000","AddressEmail":"info.tm@transport.gov.mt","Duration":null}]
applika