Ħarsa ġenerali​

Reġistrazzjoni u liċenzjar onlajn ta' vettura importata minn aġent awtorizzat jew dealer tal-karozzi.

X’se tingħata

Ċertifikat ta' reġistrazzjoni, pjanċi ta' reġistrazzjoni u liċenzja valida għat-triq.

Eliġibbiltà​​

Aġenti awtorizzati u motor car dealer li jkollhom eID account validu.

Kif tapplika​

Ipprintja u imla l-formola u ibgħatha lil:

Id-Direttorat għat-Trasport fuq l-Art
A3 Towers
Triq l-Arkata
Raħal Ġdid PLA 1212

Flimkien mad-dokumentazzjoni relevanti kollha.
Ibgħat ħlas amministrattiv ta’ €10 u Jevic administration fee (għal vetturi użati ta’ barra l-UE) ta' €23.25.

Dokumenti meħtieġa:
i) Karta tal-identità tax-xerrej (quddiem u wara).
ii) Karta tal-identità tar-raġel/mara (minn quddiem u wara), jekk ikun il-każ.
applika