Ħarsa ġenerali​

Vetturi li għandhom aktar minn 30 sena jistgħu jiġu ċċertifikati bħala vetturi antiki (vintage).

X’se tingħata

Iċ-ċertifikazzjoni ta' awtentiċità mill-Kumitat għall-Klassifikazzjoni ta' Vetturi Antiki (Vintage), u l-eżenzjoni milli tħallas id-dritt ta' kull sena għaċ-ċirkulazzjoni. Il-vettura għandha tintuża biss u esklużivament għal użu privat.

Eliġibbiltà​​

Il-vetturi kollha ġenwinament vintage (antiki) għandhom ikunu għaddew tal-anqas 30 sena mis-sena tal-manifattura tagħhom biex ikunu eliġibbli għall-istatus classic skont il-kriterji stabbiliti. Din id-data ġiet stabbilita mil-Liġijiet ta' Malta u tista' tkun soġġetta li tinbidel. Għall-iskop ta' din il-konċessjoni, il-kliem Classic, Storika, Vintage, Veteran u Period jiftiehmu li jfissru l-istess u jinbidlu ma' xulxin.

Kif tapplika​

Ipprintja u imla l-formola u ibgħatha lil:

Transport Malta
Id-Direttorat għat-Trasport fuq l-Art
A3 Towers
Triq l-Arkata
Raħal Ġdid PLA 1212

1. Vetturi li diġà huma rreġistrati Malta:
i) Il-formola tal-applikazzjoni VEH 15.
ii) 8 ritratti, l-anqas daqs ta’ 5 x 7 pulzieri (13 x 18 ċm) - irreferi għal taqsima Ġ għal aktar dettalji.
iii) Ħlas ta’ dritt amministrativ ta’ €50.

2. Vetturi li kienu importati imma li għadhom ma ġewx irreġistrati f’Malta:
(Vetturi użati importati għandhom jiġu spezzjonati qabel ma jiġu ċċertifikati bħala vetturi vintage (antiki))
i) Il-formola tal-applikazzjoni VEH 15 u l-formola tal-applikazzjoni VEH 15A.
ii) Il-formola tal-applikazzjoni VEH 05 meta vettura tkun importata minn pajjiż li mhux fl-UE.
iii) 8 ritratti, l-anqas daqs ta’ 5 x 7 pulzieri (13 x 18 cm) – irreferi għal taqsima Ġ għal aktar dettalji.
iv) Ċertifikat oriġinali barrani u fejn meħtieġ traduzzjoni għall-Ingliż jew Malti maħruġ mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż minn fejn il-vettura tkun ġiet importata jew miġjuba Malta.
v) Dokument li juri d-data ta’ meta l-vettura ġiet l-ewwel Malta, flimkien ma’ rċevuta fiskali, li jkollha l-istesss data, maħruġa skont l-Att dwar il-Valur Miżjud li jispeċifika n-numru tar-reġistrazzjoni barranija tal-vettura. It-tnejn li huma għandhom jinħarġu mill-organizzazzjoni tal-merkanzija li tkun ġabet bil-baħar il-vettura f’Malta.
vi) Invoice maħruġa mill-bejjiegħ lil xerrej li jkun fiha l-vettura jew vetturi konsenjati u li turi l-ammont ta’ flus dovut jew imħallas u n-numru tax-chassis tal-vettura/i msemmija.
vii) Drittijiet amministrattivi li jitħallsu lil Transport Malta: €50 għall-formola tal-applikazzjoni u €55 dritt tal-ispezzjoni.
applika