Ħarsa ġenerali​

L-applikazzjoni għandha tkun mimlija minn sid it-tractor li biħsiebu juża l-vettura tiegħu biex iġorr tagħbija li tkun anqas minn dik indikata mill-manifattur (gross combined weight).

X’se tingħata

Ċertifikat ta' reġistrazzjoni ġdida ta' vettura emendat biex juri l-piż ġdid li tista' ġġorr il-vettura u l-liċenzja mħallsa kull sena għaċ-ċirkulazzjoni skont il-piż konġunt gross ġdid tal-vettura.

Eliġibbiltà​​

Kull min għandu tractor unit.

Kif tapplika​

Ipprintja u imla l-formola u ibgħatha lil:

Transport Malta
A3 Towers
Triq l-Arkata
Raħal Ġdid PLA 1212

Fimkien mal-Formola ta’ Differenza maħruġa minn VRT Tester.
applika