Ħarsa ġenerali​

Reġistrazzjoni ta' vettura ġdida importata minn pajjiż mhux fl-UE.

X’se tingħata

Il-vettura tiġi spezzjonata mill-uffiċjali tad-Dwana sabiex jikkonfermaw id-dettalji tagħha. Id-Dwana tistabbilixxi l-valur tal-vettura li fuqha kull dritt dovut għandu jitħallas.

Eliġibbiltà​​

Kull persuna li timporta vettura ġdida minn pajjiż li ma jkunx fl-UE.

Kif tapplika​

Ipprintja u imla l-formola (duplikata) u ibgħatha lil:

Id-Dipartiment tad-Dwana
Custom House
Lascaris Wharf
Valletta VLT 1920

Din issir mal-wasla tal-vettura f’Malta, wara li tkun ippreżentata fil-Vehicle Licensing Unit (VLU) għal skopijiet ta’ reġistrazzjoni.
applika