Ħarsa ġenerali​

Din il-formola timtela meta l-klijent jixtieq jibdel il-liċenzja tas-sewqan tal-UE għal liċenzja ta' Malta, għal raġunijiet bħal faċilità biex tużaha, aġġornar, eċċ.

X’se tingħata

Liċenzja Maltija tas-Sewqan.

Eliġibbiltà​​

Dawk kollha li għandhom liċenzja tas-sewqan tal-UE.

Kif tapplika​

Ipprintja u imla l-formola u ibgħatha lil:

Transport Malta
A3 Towers
Triq l-Arkata
Raħal Ġdid PLA 1212
Id-dokumenti li ġejjin għandhom jintbagħtu flimkien mal-formoli relevanti:
i) Ritratt tal-passaport.
ii) Karta tal-identità jew card ta’ residenza.
iii) Kopja tal-liċenzja barranija tas-sewqan.
iv) Ħlas ta’ €80 validu għal 10 snin jew prorata.
applika