Ħarsa ġenerali​

Din il-formola tipprovdi lil min juża s-servizz onlajn il-possibbiltà li jirreġistra vettura ġdida skont il-Garaxx tas-Servizz Pubbliku (PSG).

X’se tingħata

Reġistrazzjoni ġdida.

Eliġibbiltà​​

L-applikant għandu jkun sid ta' PSG u jkun irid jirreġistra vettura ġdida skont il-permess ta' PSG.

B'żieda mal-indirizz tal-PSG tiegħu, klijent għandu wkoll jidħol f'dawn id-dettalji:
-Tip ta' body.
-Sena ta' manifattura.
-Numru ta' seats.
-Numru ta' bibien.
-Tip ta' fuel.
-Ċilindrata tal-magna.
-Emissjonijiet ta' CO2.

Din il-formola wara tintbagħat lil Transport Malta biex tiġi ċċekkjata.
Jekk id-dettalji fil-formola jkunu korretti, tintbagħat notifikazzjoni b'imejl lill-applikant fejn jiġi mgħarraf li l-formola ġiet approvata u jista' jirreġistra l-vettura.
Jekk l-applikant ma jiġix approvat, tintbagħat imejl lill-applikant li tirrifjuta t-talba tiegħu u l-proċess jieqaf hemm.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
applika