Ħarsa ġenerali​

Permess biex topera 'Servizzi ta' Kiri ta' Vetturi' biex jinkrew vetturi bil-mutur. L-Awtorità għat-Trasport f'Malta ma toħroġx permessi fuq garaxxijiet b'erja ta' anqas minn 24m². Għal permess ta' vetturi misjuqa minn xufier, l-erja għandha tkun mhux anqas minn 24m², waqt li permess għal vetturi self-driven m'għandux ikun anqas minn 48m².

X’se tingħata

Permess għal Garaxx għal Servizz Pubbliku.

Eliġibbiltà​​

L-applikant għandu jkun għalaq it-18-il sena b'kondotta nadifa mill-Pulizija.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.

Għandhom jintbagħtu d-dokumenti li ġejjin:
i) Ċertifikat tal-VAT,
ii) Ċertifikat riċenti tal-kondotta mill-Pulizija,
iii) Permess tal-Awtorità tal-Ippjanar (PA),
iv) Pjan dettaljat tal-garaxx iċċertifikat u ttimbrat mill-perit li juri l-kejl f’metri kwadri,
v) Valur kummerċjali tal-kirja,
vi) Ċertifikat minn min għamel l-istallazzjoni rigward il-fire extinguishers u smoke detectors fil-garaxx,
vii) Ħlas ta’ €20.
applika