Ħarsa ġenerali​

VEH 39 - L-Formola ta’ Dikjarazzjoni tipprovdi servizz lill-pubbliku fejn jista’ jiddikjara oġġetti/dokumenti mitlufin relatati mal-vettura jew dokumenti mitlufin tiegħu bħala sewwieq. Wara li il-formola tigi approvata u jsir il-pagament mill-klijent, Transport Malta tkun tista' tipprovdi oggett/i mitluf/a mill-ġdid.
Din il-formola online teskludi vetturi li għandhom it-tielet pjanċa.
 

​X’ser​ tingħata

Stampar mill-ġdida ta’:
1.    Licenzja tas-sewqan, 
2.    Ħruġ ta’ pjanċa/i tar-reġistrazzjoni tal-vettura ġodda
3.    Ħruġ ta’ ċertificate tar-reġistrazzjoni / logbook tal-vettura, 
4.    Licenzja tal-vettura,
5.    Tag tas-sewqan

Eliġibbiltà​​

Is-sewwieqa kollha liċenzjati ma' Transport Malta u kull persuna li għandha vettura reġistrata fuq isimha.   

Kif tapplika​

Imla l-formola online u ibgħatha  
 

Dokumenti meħtieġa

 

1.    Jekk pjanċa waħda intilfet, ehmeż ritratt bis-serje tal-pjanċa l-oħra li fadallek ġo l-e-form. 
2.    Ċertifikat tar-reġistrazzjoni tal-vettura u kopja tal- Karta tal-Identita’għandhom jigu ppreżentati biex jinġabru id-dokumenti mitluba. Jekk iċ-Ċertifikat tar-Reġistrazzjoni jkun gie iddikjarat mitluf, trid tigi ippreżenta l-Karta tal-Identita’ biex jinġabru d-dokumenti mitluba.

applika