Ħarsa ġenerali​

Liċenzja ta' Operatur ta' Ġarr fit-Toroq (RHOL) hija meħtieġa minn intrapriżi li joffru s-servizz tagħhom ta' ġarr ta' oġġetti għall-kiri. Dawn il-liċenzji jinħarġu minn Transport Malta u huma kklassifikati fiż-żewġ kategoriji:

i) Trasport nazzjonali, u
ii) Trasport internazzjonali

Kif stipulat fir-Regolamenti dwar il-Ġarr Stradali ta’ Merkanzija b’Vetturi bil-Mutur (L.S.65.19) u r-Regolamenti 1071/2009/CE u 1072/2009/CE tal-Parlament u l-Kunsill Ewropew.

Permezz ta' din il-formola, l-applikanti japplikaw għat-tiġdid ta' liċenzja ta' operatur eżistenti għall-ġarr ta' oġġetti b'kiri jew b'kumpens fuq livell Nazzjonali jew Ewropew.

X’se tingħata

Liċenzja ta' operatur li tippermetti d-detentur li jġorr merkanzija għal kiri jew kumpens f'kull territorju nazzjonali u/jew tal-UE. Dan hu ċertifikat għall-applikant u kopja awtentikata għandha tinżamm f'kull vettura, taħt il-liċenzja. Il-liċenzja tkun valida għal ħames snin.

Eliġibbiltà​​

Intrapriżi b'kondotta nadifa, stabbiliti f'Malta (li jkollhom uffiċċju u tal-anqas vettura waħda rreġistrata f'Malta), li jkollhom kwalifiki meħtieġa biex jagħmluha ta' Transport Manager (jew jingaġġaw persuna li tagħmilha ta' hekk), u li jkollhom financial standing ta' mill-anqas €9,000 għall-ewwel vettura u €5,000 għal kull vettura li tiġi wara.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.

Ibgħat ukoll ħlas ta’ €120 għal-liċenzja, u €25 kull vettura sal-ħames vettura.
applika