Overview
Kull xogħol propost għal intervent fit-toroq (inklużi xogħlijiet li jkunu qed isiru f'toroq, sqaqien, bankini, mogħdijiet, trufijiet, hard landscaping u soft landscaping areas), irrispettivament mid-daqs u n-natura, għandhom isiru bil-permess approvat tal-Awtorità kif stipulat fl-A.L. 29 tal-2010. L-iskop tal-proċess tal-permess huwa li jipprovdi kwalità u kontroll aħjar fix-xogħlijiet kollha tal-interventi permezz ta':
• Il-klassifikazzjoni tal-intervent tax-xogħlijiet.
• L-ippjanar u l-kordinazzjoni bejn l-entitajiet u msieħba soċjali involuti.
• L-applikazzjoni u l-ħruġ ta' permessi relevanti rigward ix-xogħlijiet proposti fit-toroq.
• Jistabbilixxi l-metodu tax-xogħlijiet neċessarji.
• Monitoraġġ tax-xogħlijiet għaddejjin.
• Ċertifikazzjoni ta' tlestija ta' xogħlijiet.
• Awditjar ta' xogħlijiet kompluti fil-perjodu ta' responsabbiltà.
What You'll Get
Is-sistema onlajn ta' permessi għal xogħlijiet tat-toroq toffri mod sempliċi għall-applikanti awtorizzati biex japplikaw għal permess ta' xogħlijiet fit-toroq.
Eligibility
L-applikanti awtorizzati biex itellgħu permess onlajn huma dawn li ġejjin:
• Transport Malta
• Entitajiet pubbliċi
• Kunsilli Lokali
• Fornituri ta' servizz
• Utility Providers
• Kuntratturi reġistrati
Sabiex tapplika għal permess għal xogħlijiet tat-toroq, persuna l-ewwel għandha tagħti x-xogħlijiet lil kuntrattur reġistrat.
L-istess kuntrattur japplika f'isem l-applikant minn fuq
online road permit system (RPS).
Ladarba l-applikazzjoni onlajn tkun intbagħtet, il-permess jingħata numru uniku ta' reġistrazzjoni.
Il-kuntrattur jista' jiċċekkja l-istatus u l-progress tal-permess.
Application Requirements
Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
applika