Ħarsa ġenerali​

Din il-formola tintuza biex tisskrepja jew tnehhi l-vettura mit-triq.

​X’ser​ tingħata

Vettura li hija meqjusa bhala skreppjata mit-Transport Malta.

Eliġibbiltà​​

Kulħadd huwa eliġibbli biex jiskreppja l-vettura.

Kif tapplika​

Ipprintja u imla l-formola sabiex tippreżentaha Transport Malta flimkien mad-dokumenti meħtiega u l-ħlas dovut.


Transport Malta 
Vehicle Licencing Unit 
A3 Towers 
Arcade Street 
Paola

Jew


Transport Malta 
Vehicle Licencing Unit 
Pantar Road 
Lija

Ħinijiet tal-ftuh mit-Tnejn sal Ġimgħa 7:30 - 13:00

 

Dokumenti meħtieġa meta tiskrappja vettura:
 

1. Formola tal-applikazzjoni VEH 013 
2. Ċertifikat ta’ reġistrazzjoni tal-vettura (log book);
3. Liċenzja tat-triq tal-vetturi - Il-liċenzja titħallas pro-rata jekk skadiet;
4. Il-pjanċi tar-reġistrazzjoni tal-vettura;
5. Kanċellazzjoni tax-xiri bil-kiri (jekk applikabbli);

6. Ċertifikat ta’ Distruzzjoni maħruġ minn faċilità ta’ trattament liċenzjata (applikabbli biss għal Vetturi M1 u N1)

7. Ħlas amministrattiv ta’ €10;

8. €600 għal vetturi li ma jiġux mormijin f’faċilità ta’ trattament liċenzjata jew jekk ma jkunx disponibbli ċertifikat ta’ distruzzjoni.


 

applika