Ħarsa ġenerali​

Kull persuna li r-residenza normali tagħha tkun barra minn Malta, imma li tiġi Malta fuq kuntratt ta' xogħol, tkun intitolata biex iġġib il-vettura bil-mutur personali tagħha mingħajr ma jkollha bżonn li tirreġistra f'Malta u tħallas it-taxxa tar-reġistrazzjoni tal-vettura fuqha.

X’se tingħata

Liċenzja ta’ Vettura tat-Triq Temporanja

Eliġibbiltà​​

Mhux Residenti

Kif tapplika​

Issottometti l-applikzzjoni onlajn.

Dokumenti meħtieġa

  1. Kopja taċ- ċertifikat tar-reġgistrazzjoni tal-vettura
  2. Kopja tal-liċenzja tas-sewqan
  3. Kopja tal-passaport
  4. Kopja taċ-ċertifikat tal-assigurazzjoni tal-vettura
  5. Kopja tal-Liċenzja tat-triq
  6. Avviż tal-wasla f’pajjiżna

Ghall-Istudenti minn 1-6 flimkien ma’ dawn ta’ hawn taht:

  1. Dettalji ta’ studji, tul ta’ żmien tal-kors li jkun / irid jiġi segwit
  2. Dikjarazzjoni minn istituzzjoni edukattiva li tkun/trid tattendi

Ħlas amministrattiv €15

Għall- Ħaddiema minn 1-6 flimkien ma’ dawn ta’ hawn taħt:

  1. Kopja tal-permess tax-xogħol tal-JOBSPLUS
  2. Kopja tal-Kuntratt ta’ Impjieg

Ħlas amministrattiv €35

applika