Ħarsa ġenerali​

Permess biex issuq vettura fit-triq mingħajr ma jkollok bżonn liċenzja valida sabiex tagħmel il-VRT, spezzjoni tal-Pulizija, tmur fit-Taqsima Teknika tal-Awtorità u għal tiswijiet.

X’se tingħata

Permess li ċċaqlaq il-vettura bla liċenzja minn post għall-ieħor.

Eliġibbiltà​​

Kull persuna li jkollha l-liċenzja tat-triq tal-vettura skaduta, u jkollha bżonn li tagħmel VRT, spezzjoni għand il-Pulizija jew fit-Technical Unit tal-Awtorità u/jew għal tiswijiet.

Kif tapplika​

Is-sid irreġistrat tal-vettura jeħtieġ jipproċedi personalment f'wieħed mid-dipartimenti tagħna bid-dokumenti li ġejjin:

 

- Polza ta' Assigurazzjoni Lokali Valida;

- Karta tal-identità;

- Logbook

- Formola VEH34. Din trid tkun iffirmata minn uffiċjal tat-TM

applika