Ħarsa ġenerali​

Din il-formola tintuża minn kunsilli lokali biex japplikaw għal strixxi sofor, speed cushions, lane narrowing, gateways, dragon’s teeth, chicanes, rumble strips, road studs u cats’ eyes.

X’se tingħata

Strixxi sofor, speed cushions, lane narrowing, gateways, dragon's teeth, chicanes, rumble strips, road studs, cats' eyes u road humps.

Eliġibbiltà​​

Kunsilli Lokali.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha, flimkien ma’:

i) Pjanta fuq scale 1:500 li turi l-miżuri proposti li jinkludu l-wisa’ tat-triq.
ii) Pjanta fuq scale 1:2500 li turi l-allokazzjoni proposta.
iii) Ritratti tas-sit (mill-anqas ikun hemm bżonn tnejn).
applika