Ħarsa ġenerali​

Użata biex tittrasferixxi s-sid ta' vettura mingħand persuna deċeduta għall-werriet/a.

X’se tingħata

Ċertifikat ġdid ta' reġistrazzjoni.

Eliġibbiltà​​

Werriet/a.

Kif tapplika​

Ipprintja u imla l-formola u ibgħatha lil:

Id-Direttorat għat-Trasport fuq l-Art
Transport Malta
A3 Towers
Triq l-Arkata
Raħal Ġdid PLA 1212

Flimkien ma’:
i) Lista ta’ werrieta mingħand avukat/nutar (trid titniżżel l-età).
ii) Nota bil-miktub li m’hemm l-ebda oġġezzjoni mill-werrieta kollha li għandhom ‘il fuq minn 18-il sena (b’avukat/nutar bħala xhud).
iii) Tħassir tar-Regolament 26 jekk il-vettura nxtrat fuq termini ta' hire purchase terms.
iv) Ċertifikat tal-assigurazzjoni validu f’isem l-applikant.
applika