Ħarsa ġenerali​

Tintuża biex tapplika għal bdil fil-magna tal-vettura.

X’se tingħata

Tingħata ċertifikat emendat ta' reġistrazzjoni biex jirrifletti d-dettalji ġodda tal-magna.

Eliġibbiltà​​

Kull sid ta' vettura li jibdel il-magna tal-vettura tiegħu/tagħha.

Kif tapplika​

Ipprintja u imla l-formola u ibgħatha lil:

Id-Direttorat għat-Trasport fuq l-Art
A3 Towers
Triq l-Arkata
Raħal Ġdid PLA 1212

Flimkien ma’:
i) Kopja tal-Karti tal-Identità (qudiem u wara).
ii) Discrepancy form.
iii) Formola ta’ spezzjoni.
applika