• ID login
  •  

Trasport u Komunikazzjoni


x’qiegħed tfittex?

Search
One Stop Shops
fil-qalba tal-komunità
Avviż​
Home > Trasport u Komunikazzjoni > Servizzi tat-Trasport > Trasport tal-Art

Trasport tal-Art

  • Ċertifikazzjoni ta' Vetturi Antiki (Vintage)

    Vetturi li għandhom aktar minn 30 sena jistgħu jiġu ċċertifikati bħala vetturi antiki (vintage).
  • Dettalji ta' Kumpanija jew Partnership (ADV)

    Formola li trid tintuża meta formoli ADV-A* jiġu mimlija minn kumpaniji jew partnerships. Fil-formola hemm stabbilit id-dettalji li hemm bżonn jingħataw mingħand l-applikanti f'dawn il-każi.
  • Dikjarazzjoni Personali għal Liċenzja ta' Operatur tat-Trasport ta' Passiġġieri (CPOL) dwar Reputazzjoni u Kondotta tajba

    Transport Malta teħtieġ ċertifikat tal-kondotta mill-Pulizija f'dawn iċ-ċirkustanzi:
    i) Meta l-applikanti japplikaw għal Liċenzja ta' Operatur.
    ii) Għal Operator Licence verification (wara 5 snin).
    iii) Bidla fil-Manager/Direttur/rappreżentant legali tal-operatur.
  • Dikjarazzjoni ta' Konformità għal Open Top Buses

    Dikjarazzjoni ta' diversi impenji meħtieġa biex tinħareġ ir-reġistrazzjoni ta' Open Top Buses.
  • Emendi għal-Liċenzja tas-Sewqan Eżistenti

    Permezz ta' din il-formola, persuni li jkollhom liċenzja tas-sewqan jistgħu jagħmlu tibdiliet, bħalma huma bidla fl-indirizz, kunjom, ritratt jew firma.
  • Eżami tas-Sewqan (Prattiku)

    L-iskop ta' din l-applikazzjoni hu li tippermetti lil min diġà għandu permess ta' learner biex japplika għal test prattiku fil-kategorija li jkun applika għaliha. Li timla din il-formola jfisser li klijent ikun lest li jagħmel it-test mal-instructor/skola li jkun għażel u jkun lest li jissejjaħ għal test f'kull ħin wara 3 ġimgħat minn meta tasal l-applikazzjoni.
  • Eżenzjoni milli Tilbes iċ-Ċinturin tas-Sigurtà

    Teżenta lill-applikanti milli jużaw seatbelt għal raġunijiet mediċi. Applikanti għall-ewwel darba jkollhom bżonn firma ta' tabib. Biex iġeddu, ma jkollhomx bżonn ta' firma.
  • Eżenzjoni mit-Taxxa ta' Reġistrazzjoni minħabba Trasferiment fir-Residenza

    Kull persuna li tittrasferixxi r-residenza minn post barra minn Malta għal Malta tkun intitolata, skont l-Att dwar ir-Reġistrazzjoni u l-Liċenzjar ta’ Vetturi bil-Mutur (Kap. 368), biex tkun eżenti mit-Taxxa ta' Reġistrazzjoni tal-Vetturi bil-Mutur fuq vettura M1 (vettura użata biex iġġorr mhux aktar minn 8 passiġġieri flimkien mas-sewwieq) jew cycle (motor cycles, motor tricycles u quadricycles) li jkunu rreġistrati f'isem dik il-persuna għal perjodu kontinwu ta' mill-anqas 24 xahar minnufih qabel id-data tat-trasferiment tagħha ta' residenza f'Malta.
  • Eżenzjoni ta' Ħlasijiet Amministrattivi u tal-Liċenzja ta' Vettura minħabba Raġunijiet Ġustifikati

    Din il-formola tintuża biex jitwarrab il-ħlas ta' drittijiet amministrattivi u tal-liċenzja tal-vettura minħabba raġunijiet ġustifikati, bħal:
    i) Raġunijiet mediċi.
    ii) Safar fit-tul.
    iii) Priġunieri u riabilitazzjoni ta' priġunieri
    iv) Kontravenzjoniiet li jkunu qed jiġu kontestati
    v) Qorti, Subbasta, Mandati, eċċ.
    vi) Vetturi skrappjati mill-Gvern jew mill-Pulizija minħabba reat.
    vii) Konfiska mill-Pulizija.
  • Formola għal Spezzjoni mid-Dwana jew Pulizija biex tiġi Rreġistrata Vettura użata Importata minn Pajjiż Barra mill-UE

    B'din il-formola, online users ikunu jistgħu jirreġistraw vettura użata importata minn pajjiż li mhux fl-UE.
  • 1
  • 2
  • 3
  • 4
  • 5
  • 6
  • 7
  • 8
  • 9
  • 10
next

​​avvenimenti

 

Visit Malta

Is-sit uffiċjali tat-Turiżmu għal Malta, Għawdex u Kemmuna​

 

​​Freephone 153​
​​​servizz@gov.mt​​​
servizz logo
​​ikkuntattjana
​
​cookie policy​
​termini ta' użu​
​​​dwarna​​​
© servizz.gov 2020