Avviż​

 Content Editor

Żewġ ċentri ta’ servizz.gov ġewwa Raħal Ġdid

​​​

servizz.gov jixtieq jinforma lill-pubbliku li f'Raħal Ġdid, qed tingħata assistenza fuq servizzi governattivi minn żewġ ċentri.

Dawn iż-żewġ ċentri joperaw mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-08:00 sas-14:00, l-Erbgħa mill-16:30 sas-19:00 u s-Sibt mit-08:00 sas-13:00 u jinsabu fi Triq Ħal Luqa u fil-binja tal-Kunsill Lokali fi Triq il-Knisja.​

Il-pubbliku jista' wkoll jikkomunika ma' servizz.gov permezz ta' ċentri reġjonali oħra mxerrda madwar Malta, bl-użu tal-Freephone 153, permezz tal-live chat aċċessibbli mis-sit elettroniku www.servizz.gov.mt kif ukoll permezz tal-indirizz elettroniku [email protected].

 

Għal aktar informazzjoni dwar ċentri reġjonali oħra, wieħed jista' jidħ​ol : hawn