Ħarsa ġenerali​

Ħaddiem posted f'Malta bħala impjegat ta' intrapriża barranija li normalment ma jaħdimx f'Malta imma li, għal perjodu limitat ta' żmien, jintbagħat minn intrapriża barranija biex jaħdem f'Malta. F'kull każ ta' posting f'Malta, l-intrapriża li qed tagħmel il-posting ta' ħaddiem f'Malta hija obbligata li tgħarraf lid-Direttur tal-Impjiegi u r-Relazzjoniiet Industrijali bl-intenzjonijiet tagħha li qed tagħmel posting ta' ħaddiem f'Malta.

X’se tingħata

Notifika tal-posting ta' ħaddiem fir-Reġistru tad-DIER.

Eliġibbiltà​​

Intrapriża barranija tkun eliġibbli meta:

i) Tibgħat impjegat posted f'Malta għal rasha u skont id-direzzjoni tagħha, b'kuntratt li jkun konkluż bejn l-intrapriża u l-parti li għaliha jkunu maħsuba s-serizzi, kemm-il darba jkun hemm relazzjoni ta' impjieg bejn l-intrapriża u l-ħaddiem matul il-perjodu ta' posting; jew
ii) Tibgħat impjegati posted fi stabbiliment jew intrapriża oħra f'Malta li huwa proprjetà tal-intrapriża barranija, kemm-il darba jkun hemm relazzjoni ta' impjieg bejn l-impriża u l-ħaddiem matul il-perjodu ta' posting.
iii) Intrapriża ta' impjieg temporanju jew placement agency, li jikri s-servizzi ta' ħaddiem lil intrapriża utenti stabbilita jew topera f'Malta, kemm-il darba jkun hemm relazzjoni ta' impjieg bejn l-impjieg temporanju tal-intrapriża.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.

Dokumenti meħtieġa:
i) Il-kopja tal-kuntratt tal-impjieg jew statement iffirmat minn min iħaddem, li fiha tinkludi informazzjoni li għandha tiġi provduta, jiġifieri:
a) L-isem, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-indirizz ewlieni tan-negozju flimkien man-numru tal-karta tal-identità, is-sess, l-indirizz personali kif ukoll l-indirizz tal-post tax-xogħol tal-impjegat.
b) Id-data tal-bidu tal-impjieg.
ċ) Il-perjodu tal-probation.
d) Ir-rata tal-paga mħallsa.
e) Ir-rata tas-sahra mħallsa.
f) Il-ħinijiet normali tax-xogħol.
g) Kull meta jsir il-pagament tal-paga.
h) Fil-każ ta' kuntratt fiss ta' impjieg, it-tul ta' żmien tal-perjodu tal-kuntratt. i) Il-festi mħallsa, u l-vacation, is-sick u leave ieħor li hu intitolat għalih l-impjegat. j) Il-kundizzjonijiet imposti minn min iħaddem, fejn l-impjegat jista' jiġi mmultat.
k) It-titlu, il-grad, u n-natura jew il-kategorija tax-xogħol tal-impjegat.
l) Il-perjodu tan-notice li jridu josservaw kemm l-impjegat, kif ukoll min iħaddem.
m) Il-ftehim kollettiv, jekk hu l-każ, li jirregola l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-impjegat.
n) Kundizzjonijiet oħra applikabbli relatati max-xogħol.

Fil-każ ta' ħaddiem stazzjonat biex jipprovdi taħriġ ma' impriża f'Malta, u l-perjodu ta' prestazzjoni ma jaqbiżx il-perjodu aggregat ta' 20 jum ta' xogħol f'sena li jibda mid-data tal-bidu tal-kollokament lejn Malta, (a), (b), (f), (h) u (k) huma meħtieġa.
applika