Ħarsa ġenerali​

Aġenzija ta' Reklutaġġ Privat li jixtieq jimla post permezz tal-Jobsplus għandu jibgħat Formola ta' Vakanza għall-Agenziji ta’ Reklutagg Privati. Din il-formola għandha subsections differenti li jitolbu d-dettalji ta’ min ihaddem u rapport qasir tal-kandidat/i li huma meħtieġa biex jimlew il-postijiet vakanti sabiex iqabbluhom mar-reġistru tal-Jobsplus.

X’se tingħata

Il-vakanza tal-Aġenzija ta' Reklutaġġ Privata tiġi reklamata b’xejn fuq is-sit elettroniku tal-Jobsplus. Kandidati interessati jistgħu japplikaw direttament mal-Aġenzija.

Eliġibbiltà​​

Aġenziji ta' Reklutaġġ Privati.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
applika