Ħarsa ġenerali​

Wieħed mill-grupp eliġibbli fir-rigward tal-parteċipant huwa 'kull persuna li tgħix bħala adult waħdieni li għandha dipendenti wieħed jew aktar u li mhix impjegata full-time'. F'każijiet bħal dawn l-Iskema A2E: il-formola Talba għal Verifika għandha tiġi sottomessa flimkien mal-Formola tal-Applikazzjoni tal-Iskema A2E.

X’se tingħata

Il-Kumpanija se tingħata sussidju ta' € 85 fil-ġimgħa għal kull parteċipant għal 40 siegħa, għal 52 ġimgħa, jew għal 104 ġimgħa, meta jirrekluta persuna adulta waħda.

Aktar informazzjoni tinstab fin-Noti ta' Gwida tal-Iskema A2E (A2E Scheme Guidance Notes) fuq il-Websajt tal-Jobsplus billi tagħfas hawn.

Eliġibbiltà​​

L-Intrapriżi kollha li għandhom attività ekonomika huma eliġibbli għall-Iskema A2E, meta jirreklutaw kwalunkwe persuna li qed tgħix bħala adult waħdieni li għandha dipendenti wieħed jew aktar u li mhix impjegata full-time.

Aktar informazzjoni tinstab fin-Noti ta' Gwida tal-Iskema A2E (A2E Scheme Guidance Notes) fuq il-Websajt Jobsplus (https://jobsplus.gov.mt/schemes-jobseekers/a2e-scheme).

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn, ipprintjaha u ibgħatha bil-posta rreġistrata jew tingħata bl-idejn lil Jobsplus:

Jobsplus
Diviżjoni tal-Iskemi Finanzjati mill-UE
Unità tal-iSkema Aċċess għal Impjiegi
Ħal Far BBG 3000

Din il-formola ma tistax tiġi sottomessa onlajn minħabba r-rekwiżit ta' firma oriġinali.
applika