Ħarsa ġenerali​

L-Iskema A2E se tipprovdi għajnuna għax-xogħol lill-intrapriżi f'Malta u Għawdex biex jippromwovu r-reklutaġġ ta' dawk li qed ifittxu impjieg u li huma iktar żvantaġġati, qiegħda u inattivi. Il-Programm ta' għajnuna se jkun jikkonsisti f':

• Titjib tal-opportunitajiet għall-aċċess għas-suq tax-xogħol, u l-għoti tal-esperjenza tax-xogħol lil dawk l-iktar 'il bogħod mix-xogħol bi qligħ;
• Tnaqqis fid-differenza bejn il-provvista u d-domanda tas-suq tax-xogħol;
• Żieda fil-koeżjoni soċjali.

X’se tingħata

Il-Kumpanija tingħata sussidju ta' € 85 fil-ġimgħa għal kull parteċipant għal 40 siegħa, jew għal 24 ġimgħa, jew għal 52 ġimgħa, jew għal 104 ġimgħa, jew sussidju ta' € 125 fil-ġimgħa għal 40 siegħa għal massimu ta’ 156 ġimgħa f'każ ta’ persuna b'diżabilità.

Aktar informazzjoni tinstab fin-Noti ta' Gwida tal-Iskema A2E (A2E Scheme Guidance Notes) fuq il-websajt tal-Jobsplus.

Eliġibbiltà​​

L-Intrapriżi kollha li għandhom attività ekonomika huma eliġibbli għall-Iskema A2E, meta jirreklutaw persuna żvantaġġata li taqa' taħt il-kriterji ta' eliġibilità tal-parteċipant.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u pprintjaha. Din il-formola għandha tintbagħat bil-posta rreġistrata jew tingħata bl-idejn lil Jobsplus:

Jobsplus
Diviżjoni tal-Iskemi Finanzjati mill-UE
Unità tal- iSkema Aċċess għal Impjiegi
Ħal Far BBG 3000

Din il-formola trid timtela kemm minn min iħaddem kif ukoll mill-parteċipant meta l-perjodu taż-żamma jkun skada. Għandha tiġi datata u ffirmata kemm mill-Benefiċjarju kif ukoll mill-Impjegat.
applika