Ħarsa ġenerali​

In-NEET Activation Scheme II tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ toffri opportunità ta’ taħriġ u xogħol/edukazzjoni lill-parteċipanti.

X’se tingħata

i) Sessjonijiet ta’ profiling ma’ tim speċjalizzat biex nifhmu l-bżonnijiet ta’ kull parteċipant/a
ii) 80 siegħa ta’ taħriġ, imfassal skont ir-rapport tal-profiling
iii) 240 siegħa t’esperjenza ta’ xogħol jew taħriġ vokazzjonali ġewwa l-MCAST, ITS, GCHSS, GEM 16+ jew istituzzjonijiet akkreditati oħra
iv) Ikel u xorb b’xejn kuljum
v) Allowance ta’ €1440 (jekk tattendi minn tal-anqas 80% mill-programm)
vi) Sapport kostanti mill-youth workers, employment advisors, job coaches, eċċ)

Eliġibbiltà​​

L-applikanti għandhom ikunu:

i) Taħt l-età ta’ 25 sena fix-xahar qabel id-data tal-applikazzjoni
ii) Residenti f’Malta jew Għawdex
iii) Bla xogħol (il-parteċipanti jistgħu jkunu qegħdin jirreġistraw jew ma jirreġistrawx mal-JobsPlus)
iv) Mhux irreġistrati mal-MCAST, l-Università ta' Malta, il-Junior College, GCHSS, l-ITS jew istituzzjoni post-sekondarja oħra.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
applika