Ħarsa ġenerali​

L-iskema tat-Traineeship hi maħsuba sabiex tipprovdi taħriġ u esperjenza ta' xogħol lil persuni li mhux attivi f`impjieg, li permezz ta' hekk l-individwi jakkwistaw għarfien, ħiliet u kompetenza meħtieġa sabiex isibu mpjieg. L-iskema Traineeship hi mfassla fuq sistema doppja ta' taħriġ fejn l-individwu jsegwi taħriġ formali kif ukoll esperjenza prattika fuq il-post tax-xogħol.

Il-perjodu tal-iskema jvarja bejn 14 u 52 ġimgħa.

X’se tingħata

Il-parteċipanti jitħallsu mingħand Jobsplus għal kull siegħa parteċipazzjoni fl-iskema, liema ħlas hu kkalkulat fuq il-paga minima nazzjonali.

Eliġibbiltà​​

Persuni li mhux qegħdin f`impjieg.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn, ipprintjaha u ffirmaha.

L-applikazzjoni, flimkien ma’ dokumenti oħra neċessarji, tista’ tittieħed personalment fl-uffiċċji tal-Jobsplus, f’Ħal Far jew mibgħuta bil-posta rreġistrata fl-indirizz postali lil:

Jobsplus
Training Complex
Schemes Unit
Ħal Far BBG 3000
applika