Ħarsa ġenerali​

L-iskema Work Placement hi maħsuba sabiex tipprovdi taħriġ lill-parteċipanti li jkunu qed isegwu kors mal-Jobsplus li jinkludi element ta' prattika bħala parti mill-kors. Il-korsijiet huma Child Care, Care for the Elderly u Care for Persons with a Disability.

Il-perjodu tal-iskema hu ta' massimu ta' 26 ġimgħa fuq medja ta' 30 siegħa fil-ġimgħa.

X’se tingħata

Min iħaddem (employers) qed jingħataw opportunità sabiex iħarrġu impjegat prospettiv tagħhom għal numru ta' ġimgħat mingħajr ebda obbligu ta' ħlas.

Eliġibbiltà​​

L-entitajiet pubbliċi u privati kollha, inklużi NGOs.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn, ipprintjaha u ffirmaha.

L-applikazzjoni, flimkien ma’ dokumenti oħra neċessarji, tista’ tittieħed personalment fl-uffiċċji tal-Jobsplus, f’Ħal Far jew mibgħuta bil-posta rreġistrata fl-indirizz postali lil:

Jobsplus
Training Complex
Schemes Unit
Ħal Far BBG 3000
applika