Ħarsa ġenerali​

Ċittadini ta' Pajjiżi Terzi jeħtieġu permess tax-xogħol biex ikunu jistgħu jaħdmu f'Malta. Iċ-Ċittadini ta' Pajjiżi Terzi jistgħu jaħdmu biss fuq bażi part-time jekk ikollhom fil-pussess tagħhom Single Residence/Work Permit validu jew Liċenzja tal-Impjieg. Id-detenturi ta' impjieg primarju jistgħu jissottomettu l-applikazzjoni għal-Liċenzja tal-Impjieg għal impjieg sekondarju.

X’se tingħata

Liċenzja tal-Impjieg li tawtorizza liċ-Ċittadini ta' Pajjiżi Terzi biex jaħdmu part-time bħala xogħol sekondarju tagħhom.

Eliġibbiltà​​

Ċittadini ta' Pajjiżi Terzi jli għandhom fil-pussess tagħhom Single Residence/Work Permit jew Liċenzja tal-Impjieg valida.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn, ipprintjaha, iffirmaha u ibgħatha lil:

Unit tal-Liċenzji tal-Impjieg
JobsPlus
Head Office
Ħal Far BBG 3000

Xi wħud mid-dokumenti addizzjonali għandhom ikunu kopji awtentikati tad-dokument oriġinali jew b'firma oriġinali. Il-formola ta' applikazzjoni flimkien mal-lista ta' dokumenti mandatorji speċifikati għandha tiġi sottomessa personalment fl-uffiċċji tagħna jew bil-posta.

Din il-formola ma tistax tiġi sottomessa onlajn minħabba r-rekwiżit ta' firma oriġinali.
applika