Ħarsa ġenerali​

Investing in Skills (IIS) huwa maħsub biex jippromwovi aċċess għat-taħriġ ta' persuni li jipparteċipaw b'mod attiv fis-suq tax-xogħol Malti, bil-għan li tiżdied il-produttività u tissaħħaħ l-adattabilità.

X’se tingħata

Sussidju fuq taħriġ, pagi u l-ivvjaġġar bl-ajru meta l-impjegati jirċievu t-taħriġ.

Din il-formola tintuża biex tapplika għar-rimbors ta' fondi.


Aktar informazzjoni tinstab fin-Noti ta' Gwida tal-Iskema IIS fuq il-websajt tal-JobsPlus. .
.
Biex tara n-Noti ta' Gwida tal-Investing in Skills, jekk jogħġbok agħfas hawn.

Eliġibbiltà​​

Intrapriżi, NGOs u Imsieħba Soċjali li għandhom attività ekonomika huma eliġibbli għall-Iskema IIS. NGOs u Imsieħba Soċjali li m'għandhomx attività ekonomika huma eliġibbli wkoll.

Kif tapplika​

Din il-formola għandha tintbagħat fuq l-email  iis.jobsplus@gov.mt

 

Dokumenti meħtieġa

Jekk joghgbok irreferi n-Noti ta' Gwida tal-Investing in Skills Sezzjoni 5.

applika