Ħarsa ġenerali​

Kull min iħaddem fir-radjazzjoni għandu jiżgura li ħaddiema, apprendisti u studenti esposti li, matul il-kors tax-xogħol jew studji tagħhom huma obbligati li jużaw sorsi, jingħataw informazzjoni, struzzjoni, u taħriġ adatt u suffiċjenti dwar:
a) Riskji ta' saħħa involuti fix-xogħol tagħhom li jinkludu:
i) proċeduri u prekawzjonijiet ġenerali kontra r-radjazzjoni li għandhom jittieħdu u, b'mod partikulari, dawk involuti mal-kundizzjonijiet operattivi u ta' xogħol rigward sew il-prattika jew l-attività b'mod ġenerali u sew kull tip ta' work station jew ħidma li jistgħu jiġi assenjati;
ii) l-importanza li jkunu konformi mar-rekwiżiti tekniċi, mediċi u amministrattivi.

X’se tingħata

Dak kollu li hu bażiku u meħtieġ biex tifhem aħjar il-prinċipji ta' informazzjoni dwar il-protezzjoni mir-radjazzjoni u dwar il-metodi tal-qafas legali ta' Malta għall-implimentazzjoni prattika ta' protezzjoni mir-radjazzjoni.

Il-kors idum 12-il siegħa.

Eliġibbiltà​​

Persuni li qed jaħdmu f'radjazzjoni ionisation.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.

Il-ħlas ta' €110 għandu jsir pagabbli u jintbagħat lil:

L-Awtorità Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol
17, Triq Edgar Ferro
Pietà PTA1533
applika