Overview
L-itress relatat max-xogħol qed ikun raġuni għal tħassib fuq il-post tax-xogħol. Evidenza reċenti fl-Istati Membri tal-UE tikklassifika l-istress bħala r-riskju prinċipali għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol (Euro Barometer tal-Kundizzjonijiet tax-Xogħol, 2014). Jekk ma jindirizzawhiex din tikkawża spiża kbira għal dawk li jħaddmu. Mhix sorpriża mela li l-istħarriġ juri li l-istress iwassal għal anqas produttività għan-negozji affettwati. Jagħmilha diffiċli wkoll għalihom li jżommu 'l-impjegati, li jwassal għal aktar spejjeż f'reklutaġġ u taħriġ.
What You'll Get
F'dan il-kors, tabib mill-Programm ta' Sapport tal-Impjegati tas-Servizz Pubbliku jaħdem flimkien mal-parteċipanti fuq it-tema prinċipali ta' saħħa u benesseri fuq il-post tax-xogħol. Fi tmiem dan il-kors ta' taħriġ, il-parteċipanti jkunu esposti għal, u jingħataw l-opportunità biex jiddiskutu u jifhmu, is-suġġetti li ġejjin:
i) Definizzjoni ta' stress relatat max-xogħol.
ii) Assessment ta' riskju psikosoċjali u obbligi legali tal-imsieħba soċjali.
iii) Livelli ta' Management Rikonoxxuti.
iv) Kif tittratta fatturi ta' riskju.
v) Ir-riżultati li jħalli n-nuqqas ta' saħħa mentali fuq in-negozju.
vi) Tfixkil biex wieħed jittratta kwistjonijiet ta' saħħa mentali fuq ix-xogħol.
vii) Tinħoliq kultura u ambjent li jsostnu l-komunikazzjoni u trasparenza.
Kors li jdum 14-il siegħa.
Eligibility
Kull min iħaddem, il-ħaddiema kollha u dawk li jaħdmu għal rashom.
Application Requirements
Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
Il-ħlas ta' €85 għandu jsir pagabbli u jintbagħat lil:
L-Awtorità Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol
17, Triq Edgar Ferro
Pietà PTA1533
Timeline
[{"Id":"4bbf3950-cea4-e911-80d5-005056860673","StageName":"Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni","StageNumber":3,"AddressName":null,"AddressLine1":"17","AddressLine2":"Triq Edgar Ferro","AddressLine3":null,"AddressCity":"Pieta","AddressPostalCode":"PTA 1533","AddressCountry":"Malta","AddressTelephone":"21247677","AddressEmail":"ohsa@gov.mt","Duration":"Ġurnata"},{"Id":"3bd13950-cea4-e911-80d5-005056860673","StageName":"Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni","StageNumber":2,"AddressName":null,"AddressLine1":"17","AddressLine2":"Triq Edgar Ferro","AddressLine3":null,"AddressCity":"Pieta","AddressPostalCode":"PTA 1533","AddressCountry":"Malta","AddressTelephone":"21247677","AddressEmail":"ohsa@gov.mt","Duration":"Ġurnata"},{"Id":"6bda3950-cea4-e911-80d5-005056860673","StageName":"Provvista tas-Servizz","StageNumber":4,"AddressName":null,"AddressLine1":"17","AddressLine2":"Triq Edgar Ferro","AddressLine3":null,"AddressCity":"Pieta","AddressPostalCode":"PTA 1533","AddressCountry":"Malta","AddressTelephone":"21247677","AddressEmail":"ohsa@gov.mt","Duration":"4 ijiem"},{"Id":"4d83225a-cea4-e911-80d5-005056860673","StageName":"Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni","StageNumber":1,"AddressName":null,"AddressLine1":"17","AddressLine2":"Triq Edgar Ferro","AddressLine3":null,"AddressCity":"Pieta","AddressPostalCode":"PTA 1533","AddressCountry":"Malta","AddressTelephone":"21247677","AddressEmail":"ohsa@gov.mt","Duration":null}]
applika