• ID login
  • My Cases
  •  

Xogħol u Servizzi Relatati


x’qiegħed tfittex?

Search
One Stop Shops
fil-qalba tal-komunità
​​​​​​​​​​​
​
Ressaq Ilment
​
​​​
Avviż​
Home > Xogħol u Servizzi Relatati > Xogħol > Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol

Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol

  • Kors ta' Tqandil Manwali (Manual Handling)

    Dan il-kors huwa maħsub biex iqajjem kuxjenza dwar is-suġġett u ma jiħux il-post tal-obbligu legali ta' min iħaddem li jipprovdi taħriġ lill-impjegati tiegħu skont l-Att XXVII tal-2000.
  • Notifika dwar Inċident fuq il-Post tax-Xogħol minn Min Iħaddem

    Obbligu legali skont l-A.L. 52 tal-1986. Kull inċident li jiġri kawża tax-xogħol jew in konnessjoni miegħu li jagħti lok jew għal (a) mewt jew feriment gravi ta’ xi persuna; jew (b) fil-każ ta’ impjegat fuq ix-xogħol, f’li dak l-impjegat ikun inkapaċitat milli jaħdem għal iktar minn tlitt ijiem wara xulxin, minbarra dawk il-ġranet meta mhuwiex mistenni li jmur għax-xogħol; dan l-inċident għandu jkun notifikat lill-OHSA. Meta inċident li għandu jingħata tagħrif dwaru jagħti lok għall-mewt jew feriment gravi ta’ persuna, min iħaddem għandu (i) javża lill-OHSA bl-iktar mod prattiku u mingħajr dewmien; u (ii) fi żmien sebat ijiem mid-data tal-inċident jibgħat avviż ta’ l-inċident bil-miktub lill-OHSA. Min iħaddem għandu javża wkoll b'kull feriment ieħor li jagħti lok għaż-żamma tal-ferut fl-isptar għal iktar minn erbgħa u għoxrin siegħa minbarra ż-żmien ta’ osservazzjoni. Min iħaddem għandu javża wkoll b'kull feriment ieħor li jagħti lok għaż-żamma tal-ferut fl-isptar għal iktar minn erbgħa u għoxrin siegħa minbarra ż-żmien ta’ osservazzjoni.
  • Notifika minn Min Iħaddem fuq it-Tneħħija tal-Asbestos

    Skont l-A.L. 323 tal-2006, l-ebda xogħol li jinvolvi riskji għolja mill-asbestos jew materjal li jkun fih l-asbestos ma għandu jibda qabel ma tkun avżata l-OHSA.
  • Notifika ta' Kostruzzjoni

    Il-klijent li se jagħmel xogħlijiet ta' kostruzzjoni għandu jaħtar supervisor tal-proġett skont l-Artiklu 3(1) tal-AL 88 tal-2018. Is-supervisor tal-proġett hu marbut li jibgħat notifika lill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) skont l-Artiklu 5 tal-istess leġiżlazzjoni meta dan hu rekwiżit legali għal-stabbilimenti li jidħlu fil-firxa tal-iskop tal-AL 88 tal-2018, fil-każ ta’ siti ta’ kostruzzjoni li fuqhom ix-xogħol ikun skedat li jdum aktar minn tletin jum tax-xogħol u li fuqhom ikun hemm jaħdmu aktar minn għoxrin ħaddiem fl-istess ħin, jew li fuqhom il-volum tax-xogħol huwa skedat li jeċċedi l-ħames mitt ġurnata xogħol ta’ persuna.
  • Rappurtaġġ ta' Mard minħabba Xogħol jew Sengħa

    Li tinnotifika l-mard marbut ma' xogħol jew sengħa lit-tabib tal-post fejn taħdem huwa indikatur partikolarment importanti biex jintlaqtu s-setturi ta' xogħol jew snajja' mill-Awtorità li jinħtieġu l-implimentazzjoni ta' miżuri adatti ta' sigurtà biex jipprevjenu aktar każi ta' mard simili.
  • 1
  • 2
next
​​Freephone 153​
​
​​Freephone 153​
​​​servizz@gov.mt​​​
​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​Qed iċċempel​ minn barra?​
​+356 21255153​​
​​
​
servizz logo ​​ressaq ilment logo​ ​
​​​​​​​​​​Aghti marka lis-Servizz Pubbliku​ ​
​​ikkuntattjana
​
​cookie policy​
​termini ta' użu​
​​​dwarna​​​
​​​​​​opportunitajiet ta’ xogħol​
© servizz.gov 2022