Home / Avviż dwar il-Privatezza
Avviż dwar il-Privatezza
Servizz.gov (minn hawn 'il quddiem imsejħaħ "Servizz.gov", "aħna", "lilna" jew "l-Aġenzija") jirrikonoxxi l-importanza tal-protezzjoni tad-data personali tiegħek u jizgura li d-data personali tiegħek tiġi pproċessata b'mod leġittimu, ġust u trasparenti.
Dan l-Avviż dwar il-Privatezza jipprovdi informazzjoni dwar kif tinġabar u tiġi pproċessata d-data personali b'rabta mat-twettiq tal-funzjonijiet statutorji tal-Aġenzija, inkluż il-provvediment ta' servizzi lill-pubbliku ġenerali permezz ta' diversi mezzi ta' komunikazzjoni.
Kontrollur tad-Data
L-Aġenzija taġixxi bħala Kontrollur tad-Data fir-rigward tad-data personali li tiġi pproċessata għall-finijiet tagħha stess, inkluż b'rabta mal-ġestjoni u t-tħaddim tas-sit elettroniku tagħha, l-interazzjonijiet diretti mal-utenti permezz tal-mezzi ta' komunikazzjoni tagħha, u l-funzjonijiet amministrattivi interni tagħha. F'din il-kapaċità, l-Aġenzija tiddetermina l-finijiet u l-mezzi tal-ipproċessar u tipproċessa d-data personali f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 (ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data – "GDPR") u l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data (Kapitolu 586 tal-Liġijiet ta' Malta). Dan l-Avviż dwar il-Privatezza japplika għal tali pproċessar.
L-Aġenzija tiffaċilita wkoll il-provvediment ta' servizzi governattivi f'isem Ministeri, Dipartimenti u entitajiet oħra governattivi. Fil-kuntest ta' dawn is-servizzi, l-entità governattiva rilevanti tiddetermina l-finijiet u l-mezzi essenzjali tal-ipproċessar tad-data personali u taġixxi bħala l-Kontrollur tad-Data. F'dawn il-każijiet, l-Aġenzija tipproċessa d-data personali f'isem l-entità rilevanti u biss sa fejn ikun meħtieġ sabiex tiffaċilita l-għoti tas-servizz jew kwalunkwe segwitu relatat miegħu.
Dan l-Avviż dwar il-Privatezza ma japplikax għal każijiet fejn l-Aġenzija tipproċessa data personali f'isem Ministeri, Dipartimenti jew entitajiet oħra tal-Gvern b'rabta ma' servizzi speċifiċi. Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar kif tiġi pproċessata d-data personali tiegħek jew tixtieq teżerċita d-drittijiet tiegħek skont il-liġijiet dwar il-protezzjoni tad-data fir-rigward ta' tali servizzi, inti mħeġġeġ tikkuntattja lill-entità governattiva rilevanti jew tirreferi għall-avviż dwar il-privatezza tagħha.
Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data
L-Aġenzija ħatret Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data ("DPO"), li huwa responsabbli mis-superviżjoni ta' kwistjonijiet relatati mal-privatezza u l-protezzjoni tad-data personali.
L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data jista' jiġi kkuntattjat permezz tad-dettalji li ġejjin:
Posta elettronika: dpo.servizz@gov.mt
Telefown: (+356) 23164102
Indirizz postali:
L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data
Servizz.gov
The Victoria Centre, Livell 2
Triq Valletta
Il-Mosta
X'inhi Data Personali?
Data personali tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (is-"suġġett tad-data"). Suġġett tad-data huwa individwu li jista' jiġi identifikat, direttament jew indirettament, b'mod partikolari permezz ta' identifikatur bħal isem, numru ta' identifikazzjoni, data dwar il-lokalità tiegħu jew tagħha, identifikatur online, jew permezz ta' fatturi speċifiċi relatati mal-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali tiegħu jew tagħha.
Dawn il-kategoriji ta' informazzjoni identifikattiva jikkostitwixxu data personali. Data personali ma tinkludix data li tkun ġiet anonimizzata b'tali mod li l-individwu ma jkunx jista' jibqa' jiġi identifikat (data anonima).
F'ċerti ċirkostanzi, id-data personali tista' tinkludi wkoll kategoriji speċjali ta' data personali, bħad-data relatata mas-saħħa, kif ukoll kategoriji oħra ta' data personali sensittiva kif definiti mil-leġiżlazzjoni applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data. Din id-data hija soġġetta għal livell ogħla ta' protezzjoni u tiġi pproċessata biss fejn dan ikun strettament meħtieġ u soġġett għal salvagwardji xierqa sabiex jiġu żgurati l-kunfidenzjalità u l-integrità tagħha.
Liema Informazzjoni Niġbru u Kif Tintuża?
L-Aġenzija tiġbor, tuża u tipproċessa d-data personali li tipprovdilna meta tikkuntattjana għall-għoti ta' servizzi jew meta tikkomunika mal-Aġenzija fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħha, inkluż għas-sottomissjoni ta' mistoqsijiet, talbiet, applikazzjonijiet, feedback jew ilmenti.
Skont in-natura tas-servizz jew tal-interazzjoni, id-data personali tista' tinġabar direttament mingħandek, tinkiseb permezz tal-komunikazzjonijiet tiegħek mal-Aġenzija, jew tiġi riċevuta matul il-proċess ta' faċilitazzjoni ta' servizzi mal-entità governattiva rilevanti. F'ċerti ċirkostanzi, l-Aġenzija tista' wkoll tgħaqqad informazzjoni pprovduta minnek ma' informazzjoni oħra riċevuta b'mod leġittimu b'rabta mal-ipproċessar tat-talba tiegħek, fejn dan ikun meħtieġ sabiex jiġi ffaċilitat l-għoti tas-servizz rilevanti.
Id-data personali li tista' tiġi pproċessata tinkludi, iżda mhijiex limitata għal:
— ismek u kunjomok;
— in-numru tal-identità jew identifikazzjoni tiegħek;
— dettalji ta' kuntatt, bħall-indirizz, l-indirizz tal-posta elettronika u n-numru tat-telefown tiegħek;
— kopja tad-dokument ta' identifikazzjoni tiegħek (fejn meħtieġ); u
— kwalunkwe informazzjoni oħra li tipprovdi b'rabta mat-talba, mistoqsija, ilment jew komunikazzjoni oħra tiegħek mal-Aġenzija.
1. Talbiet għal Servizzi, Mistoqsijiet u Ilmenti
Meta tikkuntattja lill-Aġenzija għall-għoti ta' servizz, biex tagħmel mistoqsija jew biex tressaq ilment, id-data personali tiegħek tiġi pproċessata għall-finijiet li tintlaqa', tiġi evalwata, tiġi ttrattata u tinġata risposta għat-talba tiegħek, u fejn meħtieġ, sabiex jiġi ffaċilitat kwalunkwe segwitu mal-entità governattiva rilevanti.
Fejn mistoqsija jew talba tkun ta' natura ġenerali u ma tkunx teħtieġ l-identifikazzjoni tal-individwu, pereżempju meta tintalab informazzjoni dwar servizzi, tali interazzjonijiet jistgħu jiġu indirizzati minġajr il-ħtieġa li tiġi pprovduta jew ipproċessata data personali. Madankollu, fejn in-natura tal-mistoqsija jew tat-talba tkun teħtieġ li l-Aġenzija tipprovdi assistenza personalizzata, tagħmel segwitu, jew tiffaċilita l-aċċess għal servizz partikolari, l-Aġenzija tista' titlob u tipproċessa d-data personali meħtieġa għal dawn il-finijiet.
Meta talba jew servizz jaqa' taħt ir-responsabbiltà ta' entità governattiva oħra, l-Aġenzija tista' tipproċessa d-data personali biss sa fejn ikun meħtieġ sabiex tiffaċilita l-komunikazzjoni, ir-riferiment, it-trażmissjoni jew kwalunkwe segwitu relatat ma' dak is-servizz.
2. Formoli Online u Faċilitajiet fuq is-Sit Elettroniku
Is-sit elettroniku tal-Aġenzija jista' jipprovdi aċċess għal formoli online u faċilitajiet elettroniċi oħra relatati ma' servizzi offruti minn entitajiet governattivi. Meta tali formoli jew faċilitajiet ikunu relatati ma' servizzi pprovduti minn entità governattiva oħra, is-sit elettroniku jiffunzjona bħala punt ta' aċċess li permezz tiegħu l-informazzjoni sottomessa tiġi trażmessa lill-entità kompetenti responsabbli mill-ipproċessar tat-talba. F'dawn il-każijiet, l-ipproċessar tad-data personali li tinsab fil-formola jew fit-talba jitwettaq mill-entità governattiva rilevanti skont l-avviż tal-privatezza tagħha stess. Ir-rwol tal-Aġenzija huwa limitat biex tiffaċilita l-aċċess għall-informazzjoni u, fejn applikabbli, it-trażmissjoni tagħha.
Meta tagħmel użu minn faċilitajiet ta' kuntatt online magħmula disponibbli mill-Aġenzija, inklużi formoli ta' kuntatt jew mekkaniżmi ta' feedback, kwalunkwe data personali pprovduta tiġi pproċessata għall-finijiet li tinġata risposta għall-komunikazzjoni tiegħek u biex tiġi indirizzata l-kwistjoni mqajma.
3. Komunikazzjonijiet permezz tal-Posta Elettronika, Live Chat u Telefown
Meta tikkomunika mal-Aġenzija permezz tal-posta elettronika, live chat, telefown jew mezzi oħra ta' komunikazzjoni disponibbli mill-Aġenzija, id-data personali li tipprovdi tiġi pproċessata għall-finijiet li tinġata risposta għall-mistoqsija jew it-talba tiegħek, biex jiġi ffaċilitat l-għoti tas-servizz, u sabiex jinżamm rekord xieraq tal-komunikazzjoni.
Telefonati li jsiru fuq il-Freephone 153 tal-Aġenzija jistgħu jiġu rrekordjati u mmonitorjati għal skopijiet ta' assigurazzjoni tal-kwalità, titjib tas-servizz, u għall-verifika ta' informazzjoni fil-kuntest ta' mistoqsijiet, talbiet jew ilmenti. Dawn ir-reġistrazzjonijiet jinżammu għal perjodu ta' sitt (6) xħur, sakemm iż-żamma tagħhom għal perjodu itwal ma tkunx meħtieġa b'rabta ma' investigazzjoni, ilment, proċeduri legali jew għal kwalunkwe għan ieħor permess mil-liġi.
4. Indirizz u Lokalizzazzjoni tal-IP
Is-server tas-sit elettroniku jista' awtomatikament jiġbor informazzjoni teknika limitata, inkluż l-indirizz tal-Internet Protocol (IP), it-tip ta' browser, informazzjoni dwar l-apparat u data ġenerali dwar l-użu tas-sit, għall-finijiet tal-amministrazzjoni tas-sistemi, il-monitoraġġ tas-sigurtà u s-soluzzjoni ta' problemi tekniċi.
Tali informazzjoni tista' tintuża wkoll f'forma aggregata jew anonimizzata sabiex jiġu analizzati x-xejriet tal-użu u jitjiebu l-prestazzjoni u l-użabilità tas-sit elettroniku. L-indirizzi IP u data teknika relatata ma jintużawx biex jiġu identifikati direttament individwi, ħlief sa fejn ikun meħtieġ għal finijiet ta' sigurtà, operazzjonijiet u titjib tas-servizzi.
5. Servizzi Diġitali Integrati u Awtentikazzjoni
Fil-provvista tas-servizzi diġitali, l-Aġenzija tiffaċilita interazzjonijiet permezz tal-Portal tagħha, soluzzjonijiet ta' chatbot u sistemi interni, inklużi pjattaformi ta' ġestjoni tal-każijiet, sabiex tappġġġja t-twassil effiċjenti u integrat tas-servizzi.
L-aċċess għal ċerti funzjonijiet jista' jinvolvi awtentikazzjoni permezz ta' servizzi ta' identifikazzjoni elettronika pprovduti minn awtoritajiet governattivi kompetenti, inklużi mekkaniżmi nazzjonali jew transkonfinali (bħall-eID jew eIDAS). F'dawn il-każijiet, l-awtentikazzjoni titwettaq sabiex tiġi vverifikata l-identità tal-utent u biex jiġi permess aċċess sigur għas-servizzi rilevanti. Id-data personali tiġi pproċessata biss fejn utent jaċċessa, jitlob, jew jagħmel użu minn servizz li jeħtieġ tali pproċessar.
Fejn id-data personali tiġi pproċessata f'konnessjoni mat-twassil ta' servizz, tali pproċessar huwa limitat għal dak li hu meħtieġ għall-amministrazzjoni u l-provvista ta' dak is-servizz. Dan jista' jinkludi l-ipproċessar ta' talbiet, il-koordinazzjoni bejn is-sistemi li jappġġġjaw is-servizz, il-provvista ta' kwalunkwe segwitu meħtieġ, u ż-żamma ta' rekords meħtieġa għall-amministrazzjoni xierqa, il-ġestjoni u r-responsabbiltà tas-servizz.
6. Gwida Personalizzata u Identifikazzjoni tas-Servizz
Il-Portal jista' jipprovdi funzjonalità fakultattiva, disponibbli għall-utenti awtentikati, sabiex jgħin fl-identifikazzjoni ta' servizzi, informazzjoni u avvenimenti tal-ħajja li jistgħu jkunu rilevanti għalihom. Fejn utent jagħżel li jagħmel użu minn din il-funzjonalità, jista' jiġi mistieden jirrispondi għal sensiela ta' mistoqsijiet relatati maċ-ċirkostanzi, l-interessi jew l-avvenimenti tal-ħajja tiegħu. Fuq il-bażi tar-risposti mogħtija, il-Portal jista' jiġġenera gwida mfassla apposta u jippreżenta informazzjoni li tista' tkun rilevanti għall-utent.
Kull gwida, rakkomandazzjoni jew riżultat iġġenerat permezz ta' din il-funzjonalità jinġata esklużivament għal skopijiet ta' informazzjoni u huwa maħsub biex jgħin lill-utenti jinnavigaw is-servizzi u l-informazzjoni disponibbli. Tali gwida ma tiddeterminax, ma tinfluwenzax u lanqas ma taffettwa l-eliġibbiltà għal, jew l-aċċess għal, kwalunkwe servizz, benefiċċju jew dritt.
Din il-funzjonalità tuża għodod awtomatizzati sabiex tiġġenera gwida mfassla fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-utent. Tali pproċessar ma jinvolvix teħid ta' deċiżjonijiet awtomatizzati li jipproduċu effetti legali fir-rigward tal-utent jew li jaffettwawh b'mod sinifikanti simili. L-informazzjoni pprovduta permezz ta' din il-funzjonalità tintuża biss għall-iskop ta' ġenerazzjoni tal-gwida mitluba u ma tintużax biex jinħoloq profil usa' tal-utent.
7. Filmat tas-CCTV
Għal finijiet ta' sigurtà, l-Aġenzija topera sistemi ta' sorveljanza permezz tas-CCTV fil-binjiet tagħha, inklużi ċ-Ċentri Reġjonali, iċ-Ċentri Speċjalizzati u l-Uffiċċju Ewlieni tagħha. Ir-reġistrazzjonijiet tas-CCTV jistgħu jintużaw għall-monitoraġġ tas-sigurtà u għall-investigazzjoni ta' inċidenti u, fejn meħtieġ, jistgħu jiġu żvelati lill-awtoritajiet kompetenti skont il-liġi applikabbli.
Tabelli informattivi ċari li jinfurmaw lill-individwi bil-preżenza ta' sorveljanza permezz tas-CCTV huma mwaħħla fid-daħla tal-postijiet rilevanti. Avviż tal-Privatezza speċifiku dwar is-CCTV, li jinkludi aktar dettalji dwar dan l-ipproċessar, huwa wkoll disponibbli f'dawn il-postijiet.
8. Cookies
Is-sit elettroniku tal-Aġenzija jagħmel użu mill-cookies sabiex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tas-sit. Aktar informazzjoni dwar il-cookies użati mill-Aġenzija hija disponibbli fil-Politika dwar il-Cookies tal-Aġenzija.
9. Siti Elettroniċi Esterni
Is-sit elettroniku tal-Aġenzija jista' jinkludi links għal siti elettroniċi esterni operati minn partijiet terzi jew minn entitajiet governattivi oħra. Meta titlaq mis-sit elettroniku tal-Aġenzija u taċċessa tali siti elettroniċi esterni, tkun soġġett għall-Avviż tal-Privatezza u għall-prattiki ta' protezzjoni tad-data tas-sit elettroniku rilevanti.
Fuq Liema Bażi Servizz.gov Tuża d-Data Personali Tiegħek?
— Għall-eżekuzzjoni ta' kompitu mwettaq fl-eżerċizzju tal-awtorità uffiċjali vestita fl-Aġenzija: Servizz.gov tipproċessa data personali sabiex twettaq il-funzjonijiet tagħha relatati mal-faċilitazzjoni tal-aċċess għal servizzi governattivi għall-utenti tas-servizzi, kif previst fl-Ordni dwar l-Aġenzija Servizz.gov (Twaqqif bħala Aġenzija) (Avviż Legali 171 tal-2016) u kwalunkwe liġi nazzjonali jew tal-Unjoni Ewropea applikabbli.
— Għall-eżekuzzjoni ta' kuntratt: Servizz.gov tipproċessa d-data personali tiegħek sa fejn ikun meħtieġ sabiex tipprovdilek is-servizzi mitluba minnek.
— Bil-kunsens tiegħek: Servizz.gov tipproċessa d-data personali tiegħek meta tkun tajt il-kunsens tiegħek għall-ipproċessar tagħha għal skopijiet li ma jkunux relatati direttament mal-provvista tas-servizzi tagħha jew mat-twettiq tal-funzjonijiet statutorji tagħha. Meta l-ipproċessar ikun ibbażat fuq il-kunsens tiegħek, inti għandek id-dritt li tirtira dak il-kunsens fi kwalunkwe ħin.
— Għall-finijiet ta' interess leġittimu: Servizz.gov tista' tipproċessa data personali fejn ikollha interess leġittimu li tagħmel dan f'ċirkostanzi li ma jkunux relatati direttament mal-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħha, bħalma huma finijiet ta' sigurtà.
— Sabiex tikkonforma ma' obbligu legali: Jista' jkun hemm każijiet fejn l-Aġenzija tkun legalment obbligata tipproċessa d-data personali tiegħek.
— Sabiex tipproteġi l-interessi vitali tiegħek jew dawk ta' persuna fiżika oħra: Id-data personali tista' tiġi pproċessata fejn dan ikun meħtieġ sabiex jiġu protetti l-interessi vitali tiegħek jew dawk ta' persuna fiżika oħra.
Riċevituri u Kondiviżjoni tad-Data Personali Tiegħek
Id-data personali tiegħek tiġi riċevuta u pproċessata mill-impjegati u l-aġenti ta' Servizz.gov sa fejn ikun meħtieġ sabiex jintlaħqu l-finijiet li għalihom tkun qed tiġi pproċessata.
Servizz.gov tista' wkoll tikkondividi d-data personali tiegħek ma':
— dipartimenti jew entitajiet governattivi oħra responsabbli, sa fejn ikun meħtieġ sabiex tiġi pproċessata kwalunkwe talba sottomessa minnek;
— fornituri ta' servizzi li jista' jkollhom aċċess għad-data personali miżmuma minn Servizz.gov, strettament sa fejn ikun meħtieġ sabiex jipprovdu s-servizzi meħtieġa lill-Aġenzija;
— konsulenti professjonali u awdituri tagħna, strettament sa fejn ikun meħtieġ għal finijiet ta' konsultazzjoni jew sabiex l-Aġenzija tikkonforma mal-obbligi legali tagħha;
— awtoritajiet regolatorji, entitajiet governattivi u awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, meta u sa fejn dan ikun meħtieġ skont il-liġijiet u r-regolamenti applikabbli; u
— qrati, tribunali, arbitri jew korpi kompetenti oħra li jista' jkollhom is-setgħa li jitolbu tali data personali.
Trasferimenti Internazzjonali tad-Data
Fil-kors normali tal-attivitajiet tagħha, l-Aġenzija ma tittrasferixxix data personali barra mill-Unjoni Ewropea (UE) jew miż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE).
Madankollu, jekk ikun meħtieġ li data personali tiġi trasferita barra mill-UE/ŻEE, tali trasferimenti jsiru biss fejn ikun ġie stabbilit li l-pajjiż riċevitur jizgura livell adegwat ta' protezzjoni skont il-leġiżlazzjoni applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data.
Fejn tali livell ta' protezzjoni ma jkunx ġie rikonoxxut, l-Aġenzija tizgura li jkunu fis-seħħ salvagwardji xierqa sabiex jiggarantixxu li d-data personali tibqa' protetta b'mod adegwat.
Żamma tad-Data Personali
Id-data personali tinżamm biss għal kemm ikun meħtieġ sabiex jintlaħqu l-iskopijiet li għalihom inġabret u ġiet ipproċessata, jew sabiex jiġu sodisfatti obbligi legali u regolatorji applikabbli.
Fejn id-data personali tiġi pproċessata mill-Aġenzija fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħha, il-perjodu ta' żamma jiġi determinat skont in-natura tad-data, l-iskop tal-ipproċessar, u r-rekwiżiti legali u amministrattivi applikabbli.
Fejn id-data personali tiġi pproċessata f'isem entitajiet governattivi oħra, il-perjodi ta' żamma jiġu determinati mill-entità rispettiva li taġixxi bħala l-kontrollur tad-data, skont il-politiki u l-obbligi legali applikabbli tagħha.
Sigurtà
L-Aġenzija timplimenta miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa sabiex tissalvagwardja l-kunfidenzjalità, l-integrità u d-disponibbiltà tad-data personali pproċessata fil-kors tal-funzjonijiet tagħha. Dawn il-miżuri jiġu riveduti u aġġornati regolarment sabiex jiġi żgurat li d-data personali tkun protetta kontra l-qerda, it-telf jew l-alterazzjoni aċċidentali jew illegali tagħha, kif ukoll kontra l-iżvelar jew l-aċċess mhux awtorizzat.
L-aċċess għad-data personali huwa ristrett għal persunal awtorizzat li huwa suġġett għal obbligi ta' kunfidenzjalità. Fornituri tas-servizz impenjati mill-Aġenzija u li għandhom aċċess għad-data personali huma marbuta b'ftehimiet ta' pproċessar tad-data u huma meħtieġa jipproċessaw tali data skont l-istruzzjonijiet tal-Aġenzija u l-leġiżlazzjoni applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data.
Id-Drittijiet Tiegħek
Inti għandek id-dritt li:
— tirtira l-kunsens tiegħek fi kwalunkwe ħin fejn l-ipproċessar ikun ibbażat fuq il-kunsens. L-irtirar tal-kunsens ma jaffettwax il-legalità tal-ipproċessar imwettaq qabel tali rtirar;
— titlob aċċess għad-data personali tiegħek, inkluż id-dritt li tikseb kopja tad-data personali miżmuma mill-Aġenzija;
— titlob il-korrezzjoni ta' data personali li tkun mhux preċiża jew mhux kompluta;
— titlob it-tħassir tad-data personali f'ċerti ċirkostanzi;
— titlob ir-restrizzjoni tal-ipproċessar f'ċerti ċirkostanzi;
— toġġezzjona għall-ipproċessar tad-data personali tiegħek f'ċerti ċirkostanzi;
— titlob il-portabbiltà tad-data personali tiegħek, fejn applikabbli; u
— tressaq ilment quddiem il-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data (IDPC), bħala l-awtorità superviżorja kompetenti, jekk tqis li d-drittijiet tiegħek taħt il-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data ġew miksura. Aktar informazzjoni, inkluża gwida dwar kif jista' jitressaq ilment, hija disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-IDPC: https://idpc.org.mt.
Inti mħeġġeġ tizgura li d-data personali miżmuma mill-Aġenzija tkun preċiża u aġġornata, u li tinforma lill-Aġenzija b'kull tibdil rilevanti fejn ikun meħtieġ.
Fejn l-Aġenzija tipproċessa data personali fil-kapaċità tagħha bħala kontrollur tad-data, talbiet relatati mal-eżerċizzju tad-drittijiet tiegħek jistgħu jiġu indirizzati direttament lill-Aġenzija permezz tad-dettalji ta' kuntatt ipprovduti f'dan l-Avviż tal-Privatezza.
Fejn id-data personali tiġi pproċessata f'isem entitajiet governattivi oħra, l-entità rispettiva li taġixxi bħala kontrollur tad-data tkun responsabbli mill-immaniġġjar ta' tali talbiet. F'dawn iċ-ċirkostanzi, l-Aġenzija tista', fejn xieraq, tassisti sabiex tiffaċilita jew tidderieġi t-talba tiegħek lejn l-entità rilevanti.
Huwa importanti li jiġi nnutat li l-eżerċizzju ta' ċerti drittijiet jista' jkun suġġett għal restrizzjonijiet jew limitazzjonijiet skont il-liġi applikabbli, inkluż f'każijiet fejn l-ipproċessar tad-data personali jkun meħtieġ sabiex jiġu sodisfatti obbligi legali, għall-eżekuzzjoni ta' kompitu mwettaq fl-eżerċizzju tal-awtorità uffiċjali vestita fl-Aġenzija, jew għal kwalunkwe raġuni oħra permessa mil-liġi.
Bidliet f'dan l-Avviż tal-Privatezza
L-Aġenzija tista' taġġorna dan l-Avviż tal-Privatezza minn żmien għal żmien sabiex tirrifletti bidliet fir-rekwiżiti legali, regolatorji jew operattivi. Kwalunkwe aġġornament jiġi ppubblikat f'din il-paġna sabiex inti tibqa' infurmat dwar kif id-data personali tiegħek tiġi pproċessata.
Dan l-Avviż tal-Privatezza ġie aġġornat l-aħħar f'Ġunju 2026.
Ikkuntattjana
Jekk għandek xi mistoqsijiet, kummenti jew talbiet relatati mal-ipproċessar tad-data personali tiegħek, tista' tikkuntattjana permezz ta' wieħed mill-metodi li ġejjin:
Indirizz: L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data, Servizz.gov, The Victoria Centre, Livell 2, Triq Valletta, Il-Mosta
Telefown: (+356) 23164102
Posta elettronika: dpo.servizz@gov.mt