L-Enemalta u l-Ħarsien tal-Annimali jingħaqdu mal-Freephone 153 ta’ Servizz.gov
Is-Freephone 153 ta’ Servizz.gov kabbar il-firxa tas-servizzi tiegħu biż-żieda ta’ Enemalta u d-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali, wara l-iffirmar ta’ ftehim li permezz tiegħu r-rappreżentanti ta’ Servizz.gov issa se jieħdu ħsieb is-sejħiet tas-servizz tal-konsumatur għaż-żewġ entitajiet. Dan l-iżvilupp ġie wara diversi xhur ta’ proġett pilota li kien ta’ suċċess. Dawn is-servizzi issa jingħaqdu mal-ħafna servizzi oħra tal-Gvern offruti minn Servizz.gov permezz tal-istess freephone, fosthom is-servizzi soċjali u edukattivi, mistoqsijiet relatati mat-taxxa, u s-servizzi tal-Active Aging, fost oħrajn.
Imħaddem minn Servizz.gov, il-Freephone 153 sar l-akbar helpline f’Malta. Fl-2023 biss, ġew imwieġba 863,126 telefonata, filwaqt li bħalissa qed jiġu riċevuti medja ta’ madwar 3,000 telefonata kuljum.
Hekk kif il-firxa tas-servizzi qed tkompli tikber, Servizz.gov qed jintroduċi lista ta’ numri ta’ estensjoni, sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jikkuntattjaw direttament lis-servizz li jkollhom bżonn.
Lista tan-Numri ta’ Estensjoni:
Support – Estensjoni 05
Taxxa – Estensjoni 06
VAT – Estensjoni 07
CTD – Estensjoni 08
DSS – Estensjoni 11
Active Aging – Estensjoni 12
Edukazzjoni – Estensjoni 14
Enemalta – Estensjoni 15
REWS – Estensjoni 16
Ħarsien tal-Annimali – Estensjoni 17
Jobsplus – Estensjoni 18
*Budget – Estensjoni 25
Servizzi oħra – Estensjoni 00
Il-klijenti issa jistgħu jċemplu fuq il-Freephone 153 ta’ Servizz.gov, idaħħlu n-numru tal-estensjoni relevanti meta jintalbu jagħmlu dan, u jiġu mqabbda direttament mar-rappreżentant tas-servizz mitlub. Jekk min iċempel ma jkunx jaf l-estensjoni, jiġi ggwidat permezz tal-għażliet disponibbli sabiex ikun jista’ jingħaqad mas-servizz meħtieġ b’mod faċli u malajr, u b’hekk titjieb l-esperjenza ġenerali tal-klijent.
Waqt l-iffirmar tal-ftehim ma’ Enemalta u d-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali, il-Kap Eżekuttiv ta’ Servizz.gov, Massimo Vella, qal li matul l-aħħar xhur l-Aġenzija espandiet b’mod sinifikanti l-portafoll tas-servizzi tagħha. Huwa żied jgħid li aktar entitajiet tal-Gvern se jkomplu jingħaqdu mal-pjattaformi mmexxija minn Servizz.gov. Enemalta kienet irrappreżentata miċ-Chairman Eżekuttiv Ryan Fava, filwaqt li s-Segretarju Permanenti Sharlo Camilleri ffirma f’isem id-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali.
*Din l-estensjoni se tkun attiva mid-29 ta’ Ottubru 2024.
Published on Friday 26 June 2026